Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17 ta' Jannar 2023

Punti ewlenin fuq l-aġenda

Programm ta' ħidma tal-presidenza

Il-Presidenza Żvediża ser tippreżenta l-programm ta' ħidma tagħha għall-ewwel semestru tas-sena, segwit minn skambju ta' fehmiet tal-Kunsill.

Elisabeth Svantesson, Minister for Finance of Sweden
The Swedish Presidency is operating in an environment of great economic uncertainty, with high inflation, a serious energy crisis and rapidly rising interest rates curbing consumption, production and investment. Member states’ governments are under severe pressure to manage the repercussions for households and businesses. The Presidency will strive for unity in this challenging situation, and for effective and wise use of the joint instruments that are in place.
Elisabeth Svantesson, Minister for Finance of Sweden
Elisabeth Svantesson, Minister for Finance of Sweden

Konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-ministri ser jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna. Sa mill-bidu tal-gwerra, dan kien punt regolari fuq l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Il-Kummissjoni ser taġġorna lill-ministri dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fl-Ukrajna kif ukoll dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-UE lill-Ukrajna.

We are accelerating our macro-financial assistance to Ukraine at a critical moment in time. Work is progressing fast in order to make sure that the first disbursement of the agreed €18 billion, around €3 billion, reaches Ukraine immediately. It is one of our key priorities to not only provide immediate liquidity support, but also to take work forward on the long-term reconstruction of Ukraine. I will work to ensure constructive discussions and progress on ways in which the EU can support Ukraine, together with bilateral partners and international financial institutions. Elisabeth Svantesson, Minister for Finance of Sweden

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kunsill ser jadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni emendatorja fir-rigward tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Lussemburgu. L-għan huwa li titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja massima mnaqqsa aġġornata (€82.7 miljun minflok €93.3 miljun).

Matul l-2023, huwa mistenni li gradwalment kull waħda mis-27 deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza ser ikollha bżonn tiġi emendata mill-inqas darba, sabiex jiġu aċċessati l-għotjiet il-ġodda tar-REPowerEU, jew biex jintalab self disponibbli, jew biex titqies l-allokazzjoni aġġornata għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kkalkulata f'Ġunju 2022.

Semestru Ewropew 2023

Il-Kunsill ser japprova konklużjonijiet dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija għall-2023 u l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli għall-2023. Il-Kunsill mistenni wkoll japprova r-rakkomandazzjoni tal-2023 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro li mbagħad ser tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni fil-laqgħa tiegħu f'Marzu.

The Council also adopted without discussion the items on the list of non-legislative A items.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025