Skip to content
  • Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 07/03/2016, 7 ta' Marzu 2016

Riżultati ewlenin

Semestru Ewropew

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-aspetti tal-impjiegi u l-politika soċjali tal-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew 2016.

Id-dibattitu kien iffukat fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, bi studju tal-każ tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-arranġamenti kuntrattwali.

L-aġenda għall-ħiliet

Il-Kunsill kellu dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar aġenda għall-ħiliet ġodda li l-Kummissjoni mistennija tippreżenta lill-Kunsill f’Mejju.

Pakkett dwar il-mobbiltà fis-suq tax-xogħol

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar il-pakkett dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema mħabbar fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2016.

Ugwaljanza

Il-Kunsill ma rnexxilux jasal għal ftehim dwar konklużjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ugwaljanza tal-LGBTI.

Illum 27 pajjiż qablu li jieħdu miżuri biex jipproteġu l-persuni LGBTI. In-Netherlands iqisu li huwa importanti ħafna li jittieħdu miżuri biex jgħinu l-persuni LGBTI” Lodewijk Asscher, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjiegi tan-Netherlands

L-implimentazzjoni tal-garanzija għaż-żgħażagħ

Il-Kunsill approva l-messaġġi ewlenin dwar it-triq ’il quddiem tal-garanzija għaż-żgħażagħ wara l-2016.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025