"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 07/12/2015, 7 ta' Diċembru 2015

Riżultati ewlenin

Impjiegi u Politika Soċjali

Il-Kunsill kellu diskussjoni dettaljata dwar d-direttiva dwar in-nisa fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji iżda ma rnexxielux jilħaq ftehim. Meta wieħed iqis id-differenzi persistenti ta’ fehmiet dwar il-proposta, jeħtieġ li jsir aktar xogħol dwar l-għażliet possibbli għat-triq ’il quddiem.

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar rakkomandazzjoni dwar l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' persuni li ilhom qiegħda fit-tul.

L-għan soċjali A” trippla m’għandux jibqa' formula mingħajr konsegwenzi ċari għaċ-ċittadini. L-ibbilanċjar mill-ġdid tal-governanza mhijiex biss neċessità, qed issir dejjem aktar urġenti. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm koordinazzjoni effettiva bejn l-EPSCO u l-ECOFIN. Is-Sur Nicolas Schmit, il-Ministru tal-Lussemburgu għax-Xogħol, l-Impjiegi u l-Ekonomija Soċjali u ta’ Solidarjetà

Huwa kellu wkoll skambju ta’ fehmiet dwar l-impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019 u dwar is-Semestru Ewropew inkluż il-prijoritajiet deskritti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016. Rigward dan tal-aħħar, is-Sur Nicolas Schmit, il-Ministru tal-Lussemburgu għax-Xogħol, l-Impjiegi u l-Ekonomija Soċjali u ta’ Solidarjetà qal: L-għan soċjali “A” trippla m’għandux jibqa' formula mingħajr konsegwenzi ċari għaċ-ċittadini. L-ibbilanċjar mill-ġdid tal-governanza mhijiex biss neċessità, qed issir dejjem aktar urġenti. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm koordinazzjoni effettiva bejn l-EPSCO u l-ECOFIN.

Il-Kunsill ħa kont tal-progress fuq id-direttiva dwar it-trattament ugwali.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar:

- l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-qasam tat-teħid ta' deċiżjonijiet;
- il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa;
- il-governanza soċjali għal Ewropa inklużiva.

Il-Presidenza informat lill-Kunsill dwar in-negozjati ta’ suċċess mal-Parlament Ewropew kemm dwar in-network tal-EURES kif ukoll dwar il-Pjattaforma kontra x-xogħol mhux iddikjarat. Dawn il-ftehimiet għandhom jippermettu l-adozzjoni taż-żewġ atti leġislattivi fil-futur qrib.

Fl-aħħar nett, il-Presidenza ġibdet l-attenzjoni għad-diversi konferenzi li saru fil-Lussemburgu u ssottolinjat b’mod partikolari l-konferenza “Ninvestu fin-Nies” fejn Nicolas Schmit enfasizza l-ħtieġa li jittieħed kont tal-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq it-trasformazzjoni tas-suq tax-xogħol, punt maqbul ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.

Saħħa

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar għadd ta’ punti relatati mas-saħħa, inklużi:

  • Strateġija tal-UE għat-tnaqqis tad-danni li ġejjin mill-konsum tal-alkoħol: il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tadotta strateġija komprensiva tal-UE ddedikata għat-tnaqqis tad-danni li ġejjin mill-konsum tal-akoħol sa tmiem l-2016. Din l-istrateġija għandha tindirizza l-konsegwenzi fuq is-saħħa u dawk ekonomiċi u soċjali tal-użu dannuż tal-alkoħol u tiffoka fuq inizjattivi b’dimensjoni transkonfinali.
Huwa d-dmir tagħna li naġixxu kontra l-użu dannuż tal-akoħol Lydia Mutsch, Ministru għas-Saħħa tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill

Il-Kunsill appella lill-istati membri u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw il-possibbiltà li jiġi introdott tikkettar obbligatorju tal-ingredjenti u dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, b’mod partikolari tal-valur enerġetiku, tax-xorb alkoħoliku.

"Huwa d-dmir tagħna li naġixxu kontra l-użu dannuż tal-akoħol", qalet Lydia Mutsch, Ministru għas-Saħħa tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill, filwaqt li żiedet: "Il-presidenza Lussemburgiża tappoġġa bis-sħiħ it-talba tal-ministri għas-saħħa, iżda wkoll tal-Parlament Ewropew, għal strateġija ġdida tal-UE dwar l-alkoħol".

  • Appoġġ lil persuni li qed jgħixu bid-demenzja: il-Kunsill stieden lill-istati membri biex jindirizzaw id-demenzja bħala prijorità. Huwa appella għal trattament u assistenza xierqa lill-persuni li qed jgħixu bid-demenzja, il-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Huwa stieden lill-istati membri u lill-Kummissjoni biex imexxu ‘l quddiem id-diskussjonijiet fil-livell tal-UE dwar kwistjonijiet bħall-użu ta’ teknoloġiji ġodda u l-promozzjoni tal-għoti ta’ setgħa u d-drittijiet ta’ persuni li qed jgħixu bid-demenzja biex jiżguraw tixjiħ b’saħħtu b’dinjità.

    “Id-demenzja hija sfida soċjoekonomika reali li tpoġġi taħt prova serja mhux biss lill-pazjenti u l-familji tagħhom, iżda wkoll il-vijabbiltà tas-sistemi tas-saħħa tagħna. Din hija r-raġuni għaliex aħna indirizzajna d-demenzja bħala fenomenu soċjetali li jeħtieġ tweġibiet multisettorjali ", qalet Lydia Mutsch.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025