- Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 05/10/2015, 5 ta' Ottubru 2015
Hekk kif noħorġu mill-kriżi, jeħtieġ li l-kwistjonijiet soċjali u l-impjieg ikunu fil-qalba tal-politiki tagħna, b'hekk hemm il-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza soċjali. Ir-rapport tal-ħames presidenti iressaq għadd ta’ proposti li jeħtieġ li jiġu diskussi fil-Kunsill. ” Nicolas Schmit, il-ministru tal-Lussemburgu għall-Impjiegi u l-Ekonomija Soċjali u ta’ Solidarjetà
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill iddiskuta kif tista’ tiġi approfondita d-dimensjoni soċjali fil-governanza tal-UE. Huwa approva l-messaġġi ewlenin tar-rapport dwar ir-riformi tal-politika soċjali li jħarsu lejn il-kwistjonijiet ta’ inklużjoni soċjali, pensjonijiet, kura tas-saħħa u kura fit-tul. Il-President tal-Kunsill, is-Sur Nicolas Schmit, il-ministru tal-Lussemburgu għall-Impjiegi u l-Ekonomija Soċjali u ta’ Solidarjetà ddikjara li "Hekk kif noħorġu mill-kriżi, il-kwistjonijiet soċjali u l-impjieg jeħtieġ li jkunu fil-qalba tal-politiki tagħna, b'hekk hemm il-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza soċjali. Ir-rapport tal-ħames presidenti iressaq għadd ta’ proposti li jeħtieġ li jiġu diskussi fil-Kunsill. ”
Is-Sur Romain Schneider, il-ministru tal-Lussemburgu għas-Sigurtà Soċjali ddikjara li “l-Presidenza ser tibni fuq id-diskussjonijiet tal-konfigurazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tagħhom u tirrapporta lura bil-miktub lill-President Tusk qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru.”
Il-Kunsill iddiskuta r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar kif persuni li ilhom qiegħda għal żmien twil jiġu integrati fis-suq tax-xogħol. Il-ministri semmew l-isfidi ewlenin u qasmu l-esperjenzi fuq il-livell nazzjonali fil-ġlieda kontra l-qgħad fit-tul.
Il-Kunsill approva l-messaġġi ewlenin tar-rapport 'Dħul adegwat wara li wieħed jirtita fil-kuntest ta’ soċjetajiet li qed jixjieħu' u adotta konklużjonijiet
Huwa adotta konklużjonijiet dwar l-aġenda l-ġdida għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li għandhom l-għan li jħeġġu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar
Fl-aħħar nett, il-Kunsill approva l-pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu dwar żewġ abbozzi ta’ regolament li għandhom l-għan li jiżguraw li l-apparat mediku u l-apparat mediku dijanjostiku in vitro jkunu sikuri u ta’ kwalità għolja. Dan jippermetti lill-presidenza Lussemburgiża tibda taħditiet mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq qbil mill-aktar fis possibbli.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EPSCO
Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025