- Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Impjiegi u Politika Soċjali), 15/03/2018, 15 ta' Marzu 2018
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill iddiskuta l-futur tal-Ewropa soċjali wara l-2020. Il-ministri ppreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar kif il-politiki tal-impjiegi u l-politiki soċjali futuri jistgħu jitfasslu biex iżidu l-konverġenza soċjali u ekonomika. Kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar kif jiġi indirizzat l-impatt tal-bidliet għas-suq tax-xogħol bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni. Dan id-dibattitu ministerjali ser jikkontribwixxi għad-dibattitu aktar ġenerali dwar il-futur tal-Ewropa.
Il-ministri tennew l-impenn tagħhom lejn Unjoni li toħloq aktar opportunitajiet għal żvilupp soċjali 'l fuq u tkabbir ekonomiku, u fejn jiltaqgħu l-istandards tal-impjiegi u dawk soċjali. Hemm bżonn ta' investimenti adegwati biex jgħinu fil-ħolqien ta' aktar impjiegi, it-titjib tal-koeżjoni soċjali u t-tħeġġiġ tal-mobilità, l-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd. Biser Petkov, Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali tal-Bulgarija u President tal-Kunsill
Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar kif titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, li huwa wieħed mill-għanijiet tal-Pilastru Ewropew Soċjali. Il-ministri ddiskutew modi li bihom titjieb it-trasparenza fil-pagi fl-UE u kellhom skambju ta' fehmiet dwar dawk il-miżuri nazzjonali li kienu l-aktar effettivi fit-tnaqqis tas-segregazzjoni tas-sessi orizzontali u vertikali fis-suq tax-xogħol.
Il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni li tippreżenta qafas Ewropew għal apprendistati ta' kwalità u effikaċi. L-għan tal-qafas huwa li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' forza tax-xogħol b'ħiliet għolja u kwalifikata li twieġeb għas-suq tax-xogħol.
Dwar is-Semestru Ewropew 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u r-rapport konġunt dwar l-impjiegi li flimkien jagħtu gwida politika fl-oqsma tal-politika tal-impjiegi u l-politika soċjali. Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill ħarsa ġenerali tar-rapporti tal-pajjiżi għall-2018.
Il-Kunsill approva l-messaġġi ewlenin tal-Kumitat tal-Impjiegi dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.
Il-Kunsill qies it-tħejjijiet għas-Summit Soċjali Tripartitiku tal-21 ta' Marzu li ser ikollu bħala tema prinċipali: "It-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali".
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EPSCO
Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Laqgħat li seħħew
Laqgħat li jmiss
- Laqgħa informali tal-ministri għall-impjiegi, il-politika soċjali u s-saħħa dwar il-politika soċjali, 17-18/04/2018
- Laqgħa informali tal-ministri għall-impjiegi, il-politika soċjali u s-saħħa dwar is-saħħa, 23/04/2018
- Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Politika soċjali u saħħa), 21-22/06/2018
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025