"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Politika soċjali u saħħa), 21-22/06/2018, 21 u 22 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Impjiegi u politika soċjali - 21 ta’ Ġunju

Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar (l-approċċ ġenerali) tiegħu dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali (reviżjoni tar-regolamenti 883/2004 u 987/2009).

L-abbozz ta' regolament emendatorju jiffoka fuq ħames oqsma: il-benefiċċji tal-qgħad, il-benefiċċji għall-kura fit-tul, l-aċċess għall-benefiċċji għall-persuni ekonomikament inattivi, il-benefiċċji marbutin mal-familja u l-leġislazzjoni applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati u l-persuni li jaħdmu f'żewġ stati membri jew aktar. Huwa jinkludi għadd ta' emendi iżgħar oħra.

Abbażi ta' dan il-mandat, il-Presidenza tal-Kunsill ser tiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew ladarba dan ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu.

Il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali għandha rwol ewlieni fl-iżgurar li fil-prattika, il-moviment liberu tal-persuni jaħdem tassew. Dan l-aġġornament tar-regoli ser jagħmilhom aktar ċari, aktar ġusti u aktar faċli biex wieħed jinfurzahom. Biser Petkov, Ministru għax-Xogħol u l-Politiki Soċjali tal-Bulgarija
Highlights of the Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council (Employment and Social Policy issues) of 21 June 2018, in Luxembourg.

Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu (approċċ ġenerali) għad-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal ġenituri u l-persuni li jindukraw.

L-għan ta' din il-proposta hu li jitjieb l-aċċess għall-arranġamenti dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, pereżempju leave u arranġamenti ta' xogħol flessibbli għal ġenituri u l-persuni li jindukraw. Għandha żżid l-użu tal-leave b'rabta mal-familja mill-irġiel, li jgħin biex tiżdied il-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol.

Abbażi ta' dan il-mandat, il-Presidenza tal-Kunsill ser tiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew ladarba dan ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu.

Kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu (approċċ ġenerali) għad-direttiva dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli. Dan l-abbozz ta' direttiva jindirizza l-isfidi li ġabu magħhom l-iżviluppi fid-dinja tax-xogħol, inkluża l-flessibilizzazzjoni dejjem akbar tas-suq tax-xogħol.

Abbażi ta' dan il-mandat, il-Presidenza tal-Kunsill ser tiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew ladarba dan ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu.

Stazzjonar ta' ħaddiema

Il-Kunsill adotta r-reviżjoni tad-direttiva dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema. L-għan tad-direttiva hu li tassigura pagi ġusti u kundizzjonijiet ugwali bejn kumpaniji lokali u ta' stazzjonar fil-pajjiż ospitanti filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-moviment liberu ta' servizzi.

Il-futur tas-saħħa fl-UE

Il-ministri ser jiddiskutu l-futur tas-saħħa fl-UE. L-istati membri enfasizzaw li l-azzjoni tal-UE li timmira lejn il-promozzjoni tas-saħħa hija partikolarment utli fejn ikun hemm dimensjoni transfruntiera jew meta din tiffaċilita t-titjib ta' miżuri nazzjonali fuq il-bażi ta' skambju tal-aħjar prassi. Huma ddeskrivew fil-qosor diversi oqsma fejn il-kooperazzjoni tal-UE tista' tkun ta' benefiċċju għall-istati membri bħall-iskambju tal-aħjar prassi fl-oqsma tal-prevenzjoni u l-mard li ma jitteħidx, it-theddid transfruntier għas-saħħa, is-sigurtà tal-pazjenti, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR), is-saħħa elettronika, ir-riċerka, u l-kooperazzjoni bejn ċentri speċjalizzati jew il-kooperazzjoni volontarja bejn gruppi ta' stati membri rigward kwistjonijiet li huma importanti għalihom.

L-UE teħtieġ aktar viżibbiltà għal dawk il-politiki li huma ta' benefiċċju dirett għall-persuni: il-politika tas-saħħa hija waħda minnhom. Id-diskussjoni tal-lum issottolinjat dawk l-oqsma fejn il-kooperazzjoni fil-livell Ewropew tista' tagħti valur miżjud. Iddeskrivejna wkoll fil-qosor qafas għal azzjoni futura: politika dwar il-kura tas-saħħa mmexxija mill-istati membri, iffukata fuq qafas ta' benefiċċju għall-persuni u li tiggarantixxi l-kwalità tal-ħajja fil-kontinent tagħna. Kiril Ananiev, ministru għas-saħħa tal-Bulgarija
Highlights of the Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council (Health), of 22 June 2018, in Luxembourg.

Saħħa - 22 ta' Ġunju

Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa

Il-ministri kellhom dibattitu dwar ir-regolament propost dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, li pprovda gwida dwar modi possibbli biex titjieb il-kooperazzjoni attwali. Id-diskussjoni ffukat fuq l-għażla bejn approċċ obbligatorju u approċċ aktar volontarju bi flessibbiltà akbar għall-istati membri. Il-Presidenza kkonkludiet li d-dibattitu kien jindika preferenza prevalenti għal approċċ volontarju, li jkun jeħtieġ diskussjonijiet dwar soluzzjonijiet alternattivi, u indikat li d-diskussjonijiet fil-Kunsill ser jieħdu l-ħin.

Konklużjonijiet dwar "In-nutrizzjoni tajba għat-tfal: il-futur b'saħħtu tal-Ewropa"

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar "In-nutrizzjoni tajba għas-saħħa tat-tfal: Il-futur b'saħħtu tal-Ewropa".

Filwaqt li jinżamm preżenti li dieta li mhix tajba għas-saħħa hija fattur ta' riskju (evitabbli) li jwassal għal mard kroniku serju, il-konklużjonijiet jiffukaw fuq il-promozzjoni ta' dieti aktar tajbin għas-saħħa tat-tfal, bħala wieħed mill-aħjar investimenti għal ġenerazzjoni Ewropea żagħżugħa b'saħħitha.

Ir-Regolament 726/2004 bħala parti mill-Pakkett veterinarju

Il-ministru Ananiev enfasizza wkoll it-tmiem b'suċċess tan-negozjati dwar l-emendi għar-Regolament 726/2004 bħala parti mill-Pakkett veterinarju. Id-dossier kien prijorità għall-presidenza Bulgara. Il-ftehim fih għadd ta' tibdil bħal pereżempju l-adozzjoni tal-miżati għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini bi proċedura leġislattiva ordinarja, enfasi ċara fuq il-ħtieġa għal approċċ "saħħa waħda" rigward l-AMR, kif ukoll l-adattament simultanju għat-Trattat ta' Lisbona ta' dispożizzjonijiet f'leġislazzjoni relatata.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Frar 2025