"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 07-08/12/2017, 7 u 8 ta' Diċembru 2017

Riżultati ewlenin

Saħħa - 8 ta' Diċembru 2017

Il-ministri għas-saħħa ħadu kont tas-sitwazzjoni tal-politika dwar il-farmaċewtika fl-UE, li tiffoka fuq il-perspettivi futuri. Id-dibattitu wieġeb għall-ħtieġa li jissaħħaħ il-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-UE u l-Istati Membri tagħha.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-aspetti transkonfinali tal-politika dwar l-alkoħol. Dawn il-konklużjonijiet jiffokaw fuq kwistjonijiet transkonfinali bħall-ittikkettar, ir-reklamar permezz tal-media soċjali u t-trasport transkonfinali ta' xorb alkoħoliku.

Ninsab kuntent li l-Istati Membri bagħtu messaġġ qawwi llum li s-saħħa pubblika tipprevali fuq l-interessi ekonomiċi. L-Ewropa għandha l-ogħla livelli ta’ konsum tal-alkoħol fid-dinja u bħala riżultat tbati l-iktar minn ħsara relatata mal-alkoħol. Ħafna mill-għodod biex din tiġi indirizzata huma f’idejn l-istati membri. Għalhekk iffukajna fuq kwistjonijiet transkonfinali li jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effettiv permezz ta’ kooperazzjoni aħjar bejn l-istati membri. Jevgeni Ossinovski, President tal-Kunsill u ministru għas-Saħħa u x-Xogħol

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-"Saħħa fis-Soċjetà Diġitali – nagħmlu progress fl-innovazzjoni xprunata mid-data fil-qasam tas-saħħa".

Ħdimna qatigħ matul il-Presidenza Estonjana biex tissaħħaħ l-innovazzjoni diġitali fil-kura tas-saħħa. Billi nipprovdu servizzi-e ta' kwalità tajba u sikuri nistgħu ntejbu t-trattament tal-pazjenti u niżguraw li s-sistemi tas-saħħa tal-istati membri jkunu aktar effiċjenti u sostenibbli. Jevgeni Ossinovski, President tal-Kunsill u ministru għas-Saħħa u x-Xogħol

Impjiegi u politika soċjali, 7 ta' Diċembru 2017

Il-Kunsill qabel rigward il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar id-direttiva dwar l-aċċessibbiltà. Din il-leġislazzjoni ser tagħmilha iktar faċli għall-persuni b’diżabilità biex jaċċessaw il-prodotti u s-servizzi.

Kulħadd fl-Ewropa għandu jkun jista' jgħix ħajtu b’mod sħiħ, u jkollu opportunitajiet indaqs biex iwettaq il-potenzjal tiegħu. L-impenn ta' llum ser jagħmilha possibbli għall-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll il-persuni anzjani u dawk bi problemi ta’ saħħa temporanji, biex jaċċessaw il-prodotti u s-servizzi aktar faċilment. Bis-soluzzjonijiet teknoloġiċi intelliġenti disponibbli llum, is-soċjetajiet tagħna jistgħu jkunu ħafna aktar inklużivi u jiżguraw kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd. Kaia Iva, Ministru għall-Protezzjoni Soċjali tal-Estonja u l-President tal-Kunsill

Il-Kunsill laħaq qbil parzjali dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali parzjali) dwar ir-regolament dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali. Dan il-ftehim ikopri l-kapitli dwar il-benefiċċji tal-kura fit-tul u l-benefiċċji tal-familja. Dan jiffaċilita l-mobilità tax-xogħol u jintroduċi salvagwardji aħjar tad-drittijiet taċ-ċittadini f’sitwazzjonijiet transkonfinali.

Il-Kunsill laħaq ukoll ftehim dwar direttiva dwar il-konvenzjoni tax-xogħol marittimu li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-baħħara. Din tiffoka fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-baħħara f’każ ta’ abbandun, u tipprovdi garanziji għal talbiet kuntrattwali f’każ ta’ mewt jew diżabbiltà fit-tul.

Il-Kunsill ivvaluta l-progress fid-direttivi dwar it-trattament indaqs u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar is-Semestru Ewropew tal-2018, wara l-preżentazzjoni tal-pakkett ekonomiku mill-Kummissjoni f'Novembru. Il-Kunsill approva l-aspetti soċjali u dawk marbutin mal-impjiegi tar-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar: “Il-futur tax-xogħol: Tiġi ffaċilitata d-diġitalizzazzjoni (e-Easy)", "Tisħiħ tal-appoġġ ibbażat fuq il-komunità u kura għal għajxien indipendenti" u "Miżuri msaħħa biex titnaqqas is-segregazzjoni orizzontali bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u l-impjiegi."

Il-Kunsill adotta formalment id-direttiva dwar il-protezzjoni kontra karċinoġeni jew mutaġeni fil-post tax-xogħol sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-ħaddiema kontra l-espożizzjoni għal 13-il karċinoġenu.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025