"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 23/10/2017, 23 ta' Ottubru 2017

Riżultati ewlenin

Stazzjonar ta' ħaddiema

Il-Kunsill laħaq qbil dwar id-direttiva dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema. Dan l-att leġislattiv ġdid jiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati, kompetizzjoni ġusta u Suq Uniku li jiffunzjona sew.

"Ninsab kuntent li l-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar kwistjoni importanti u sensittiva bħal din. U ninsab partikolarment kuntent li wara negozjati twal, kien hemm appoġġ ġenerali għall-kompromess tagħna. It-test finali jsib bilanċ delikat. Minn naħa, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-ħaddiema tagħna huma ttrattati b’mod ġust. Persuni li jagħmlu l-istess xogħol fl-istess post għandu jkollhom ukoll l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-paga. Min-naħa l-oħra, ma għandniex noħolqu ostakli bla bżonn għall-moviment liberu tas-servizzi - pereżempju fis-settur tat-trasport li huwa mobbli min-natura ." Jevgeni Ossinovski, Ministru għas-Saħħa u x-Xogħol tal-Estonja

Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali parzjali għar-regolament dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. L-approċċ parzjali jikkonċerna l-kapitoli dwar l-aċċess ta' ċittadini mhux attivi ekonomikament għall-assistenza soċjali u dwar id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni applikabbli. Dan il-ftehim jiċċara f’liema pajjiż il-persuna trid tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’sitwazzjonijiet ta’ impjieg transkonfinali. Dan ser ikun ta’ għajnuna għan-nies, il-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Kunsill approva l-proklamazzjoni interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali. Il-Pilastru għandu l-għan li jsaħħaħ l-acquis soċjali u li jagħti aktar drittijiet effettivi liċ-ċittadini. L-element ewlieni tal-Pilastru huwa sett ta’ 20 prinċipju u dritt ewlenin biex jappoġġaw swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jaħdmu tajjeb. Il-Pilastru ser jiġi pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni matul is-Summit għall-impjiegi ġusti u t-tkabbir f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru.

Semestru Ewropew

Dwar is-Semestru Ewropew, il-Kunsill approva l-messaġġi ewlenin tal-Kumitati tal-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025