"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Saħħa), 6 ta' Marzu 2020

Riżultati ewlenin

Abbażi ta' nota mill-Presidenza, il-ministri qiesu s-sitwazzjoni attwali, li evolviet b'mod sinifikanti matul l-aħħar ftit ġimgħat. Huma kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-aħjar mod kif jiġi żgurat rispons ikkoordinat għat-tifqigħa attwali ta' COVID-19 fl-UE.

Vili Beroš, ministru għas-Saħħa tal-Kroazja
Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika hija l-prijorità ewlenija tagħna. Ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet kollha kienu tajbin ħafna, iżda s-sitwazzjoni nbidlet. Id-dibattitu tagħna llum wera li l-istati membri jinsabu lesti li jadattaw ir-rispons tagħhom, isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom u jieħdu l-miżuri xierqa biex jiffokaw kemm fuq il-prevenzjoni kif ukoll fuq it-trattament.
Vili Beroš, ministru għas-Saħħa tal-Kroazja
Vili Beroš, ministru għas-Saħħa tal-Kroazja

Id-dibattitu kkonferma li l-aħjar kontribut biex tiġi protetta s-saħħa taċ-ċittadini tal-UE huwa billi tissaħħaħ is-solidarjetà, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni skont l-impenji meħuda fil-laqgħa tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 2020.

Il-ministri qablu li sabiex tiġi miġġielda t-tifqigħa ta' COVID-19, kien importanti li titkabbar is-sensibilizzazzjoni kollettiva u individwali dwar it-theddida kkawżata mill-COVID-19, tissaħħaħ il-protezzjoni ta' persuni f'riskju u l-anzjani, u jiġu stabbiliti miżuri ta' konteniment koerenti, inkluż pariri ibbażati fuq l-evidenza dwar l-ivvjaġġar lejn u minn żoni ta' riskju. Il-ministri enfasizzaw ukoll il-ħtieġa għal monitoraġġ fil-livell Ewropew tad-disponibbiltà ta' tagħmir mediku u mediċini fl-UE bil-għan li jiġu żgurati l-produzzjoni, l-istokkjar, id-disponibbiltà u l-użu razzjonali ta' tagħmir protettiv fl-Unjoni.

Id-delegazzjonijiet laqgħu l-appoġġ mobilizzat s'issa mill-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari rigward is-saħħa pubblika, ir-riċerka u l-protezzjoni ċivili.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025