"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
L-Ekonomija tal-Benesseri: lil hinn mill-PDG (Infografika)
Saħħa, 9 ta' Diċembru 2019
Il-Kunsill kellu dibattitu dwar “Ekonomija tal-Benesseri - il-passi li jmiss fl-investiment fis-saħħa bħala l-komponent ewlieni tagħha”, fuq il-bażi ta’ dokument ta’ diskussjoni. Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar suġġetti marbutin mas-saħħa, b’mod partikolari s-saħħa mentali, it-tixjiħ b’saħħtu u t-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali.
Fuq il-bażi ta’ nota mill-presidenza, il-ministri kellhom ukoll dibattitu dwar kif jistgħu jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bil-għan li jittejjeb l-aċċess għall-mediċini madwar l-UE.
Dan id-dibattitu kien estremament importanti minħabba li n-nuqqas ta’ mediċini joħloq riskji serji għas-sigurtà tal-pazjenti. Irridu naraw ukoll kif nittrattaw il-livelli differenti ta’ aċċess għal mediċini ġodda madwar l-UE. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni huma kruċjali, peress li dawn l-isfidi jeħtieġu miżuri kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali.
Krista Kiuru, Ministru għall-Affarijiet tal-Familja u s-Servizzi Soċjali tal-Finlandja
Il-presidenza għarrfet lill-ministri dwar il-ħidma li qed issir bħalissa fuq ir-Regolament dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE
Il-Kummissjoni pprovdiet tagħrif dwar l-istat tas-saħħa fl-UE.
Il-Kummissjoni pprovdiet tagħrif ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 dwar apparati mediċi u tar-Regolament (UE) 2017/746 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.
Il-ministri ngħataw tagħrif dwar l-eżiti tal-konferenzi organizzati mill-Presidenza Finlandiża.
Il-Presidenza Kroata li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tas-saħħa.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Fuq il-bażi ta’ dokument ta’ diskussjoni, il-ministri kellhom dibattitu pubbliku dwar il-politiki futuri għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fl-UE. Fil-bidu tad-dibattitu, id-direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) ippreżenta l-aktar sejbiet reċenti f'dak li jikkonċerna x-xejriet ewlenin, il-progress attwali, u l-isfidi l-kbar fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE.
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ekonomiji li jiffavorixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE. L-adozzjoni hija parti mir-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-aġenda tan-NU għall-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa mill-UE u l-istati membri tagħha (Dikjarazzjoni u Pjattaforma ta' Azzjoni ta’ Beijing).
Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet fuq qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. Il-konklużjonijiet jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta qafas ġdid għall-perijodu 2021–2027.
Fuq il-bażi ta’ nota ta’ gwida mill-presidenza, il-ministri kellhom dibattitu pubbliku dwar il-ġejjieni tal-leġislazzjoni soċjali fil-kuntest ta’ bidliet rapidi fis-suq tax-xogħol. L-għan tad-diskussjoni kien li jiġu esplorati toroq possibbli biex tkompli tiġi żviluppata l-leġislazzjoni tal-UE fil-qasam tal-affarijiet soċjali, biex jiġu identifikati diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħha, biex jinqasmu ideat dwar kif jimtlew il-lakuni leġislattivi li fadal u biex il-liġijiet eżistenti jiġu infurzati aħjar.
Il-ministri adottaw ukoll konklużjonijiet dwar swieq tax-xogħol inklużivi. L-għan ewlieni ta’ dawn il-konklużjonijiet huwa li jiġi enfasizzat il-valur ekonomiku li jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ impjieg aħjar lil persuni b’diżabilità, persuni b’livell baxx ta’ ħiliet u persuni li ilhom qiegħda għal żmien twil, żgħażagħ u persuni minn ambjent ta' migrazzjoni.
Il-presidenza għarrfet lill-ministri dwar il-progress fuq għadd ta' proposti leġislattivi:
Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni 573/2014/UE dwar il-kooperazzjoni bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES)
Reviżjoni tar-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (883/04 u 987/09)
Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
Direttiva dwar it-Trattament Ugwali (Artikolu 19)
Direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji
Il-Presidenza għarrfet ukoll lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali f'dak li jikkonċerna r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom
Id-delegazzjoni Svediża għarrfet lill-ministri dwar seminar ta’ tagħlim reċiproku dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika ma’ rġiel u subien (Stokkolma, 16 u 17 ta’ Settembru 2019)
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-president tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali pprovda tagħrif dwar il-messaġġi ewlenin li jinsabu fir-rapport reċenti tal-Kumitat dwar l-indirizzar tal-problema tal-persuni mingħajr dar u l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.