"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 08/07/2019, 8 ta' Lulju 2019

Riżultati ewlenin

Impjiegi u Politika Soċjali

Filmat tal-punti ewlenin mill-EPSCO (Impjiegi u Politika Soċjali) tat-8 ta' Lulju 2019

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-Ekonomija tal-benesseri. Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq nota ta' gwida tal-presidenza.

Angel Gurria, is-Segretarju Ġenerali tal-OECD, ta bidu għad-dibattitu. Huwa ppreżenta s-sejbiet tal-OECD dwar is-suġġett, kif jinsabu fin-nota ta' informazzjoni kkummissjonata mill-Presidenza Finlandiża.

Dan id-dibattitu kien f'waqtu ħafna. Bħalissa l-UE qed tesperjenza tkabbir ekonomiku kontinwu u livelli rekord ta' impjiegi. Iżda sa meta? In-nies huma l-assi ewlenin tagħna u nistgħu niksbu tkabbir sostenibbli fit-tul biss billi ntejbu l-benessri tagħhom. Aino-Kaisa Pekonen, Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa tal-Finlandja
għamla ta' 4 weraq b'simboli li jirrappreżentaw il-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ

L-Ekonomija tal-Benesseri: lil hinn mill-PDG (Infografika)

Il-ministri approvaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSR) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-EPSCO.

Is-CSRs ser jiġu adottati formalment mill-Kunsill ECOFIN fid-9 ta' Lulju.

Il-ministri approvaw ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC):

Dawn jipprovdu valutazzjoni tal-isfidi tal-impjiegi u tal-protezzjoni soċjali fil-programmi nazzjonali ta' riforma tal-2019 u jeżaminaw l-implimentazzjoni tas-CSRs tal-2018.

Il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi (EGLs) tal-Istati Membri.

Il-ministri kellhom dibattitu pubbliku dwar l-aspetti tal-impjiegi u l-politika soċjali tal-istrateġija "Pjaneta nadifa għal kulħadd", abbażi ta' nota ta' gwida tal-presidenza.

Id-dibattitu tal-lum ikkonferma l-importanza li jitqies l-impatt soċjali tat-tranżizzjoni għal ekonomija b'effett newtrali fuq il-klima. Jeħtieġ li noffru liċ-ċittadini Ewropej ambjent ta' tama, inħeġġu lill-ħaddiema jiksbu ħiliet u kompetenzi ġodda, nipprovdu lill-intraprendituri b'opportunitajiet ġodda ta’ negozju, u nappoġġaw setturi u komunitajiet li jeħtieġu jadattaw ruħhom għal ekonomija sostenibbli. Tranżizzjoni ġusta hija l-għan komuni u l-interess vitali tagħna. Timo Harakka, Ministru għax-Xogħol tal-Finlandja

Affarijiet oħra

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar żviluppi internazzjonali fil-politiki dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025