Skip to content
  • Summit taż-Żona tal-Euro

Summit taż-Żona tal-Euro, 07/07/2015, 7 ta' Lulju 2015

Riżultati ewlenin

Il-mexxejja tal-istati membri taż-żona tal-euro ddiskutew il-qagħda fil-Greċja wara r-referendum li sar fil-5 ta' Lulju.

Wara l-laqgħa l-President tas-Summit taż-Żona tal-Euro Donald Tusk ikkonferma li l-awtoritajiet taż-żona tal-euro kienu lesti li jagħmlu dak kollu li huwa meħtieġ biex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro.

Talba ġdida għall-għajnuna mill-MES

Wara r-referendum il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras intrabat li jagħmel talba ġdida għal għajnuna finanzjarja mingħand il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

Skont ir-regoli tal-MES u t-trattati tal-UE, għajnuna finanzjarja lil stati membri tingħata b'kundizzjonijiet stretti. L-arranġament li kellha l-Greċja qabel mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja għalaq fit-30 ta’ Ġunju 2015.

Il-mexxejja ser jaħdmu b'mod urġenti fuq modi biex tinstab bażi għal ftehim li jħares kemm l-impenji eżistenti kif ukoll ir-regoli komuni.

In-naħat kollha tan-negozjati jaqsmu r-responsabbiltà għall-qagħda attwali. Din hija r-raġuni għaliex illum appellajt lill-mexxejja kollha biex jippruvaw isibu kunsens, li ser ikun is-suċċess tagħna lkoll, mingħajr ebda telliefa jew rebbieħa. Donald Tusk

Aġenda ta’ riforma 

Il-Gvern Grieg mistenni jippreżenta l-proposti tiegħu għal aġenda ta’ riforma komprensiva u speċifika sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Lulju
 
Il-proposta ser tiġi vvalutata mit-tliet istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali) u l-eżitu tal-analiżi ser jiġi ppreżentat lill-Grupp tal-Euro.

Il-passi li jmiss

Il-mexxejja ser jiltaqgħu nhar il-Ħadd, 12 ta’ Lulju 2015. 

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025