- Summit taż-Żona tal-Euro
Summit tal-Euro, 23/03/2018, 23 ta' Marzu 2018
Riżultati ewlenin
Approfondiment tal-unjoni ekonomika u monetarja
Il-mexxejja tad-19-il pajjiż taż-żona tal-euro ddiskutew ir-riformi fit-tul tal-unjoni ekonomika u monetarja, inkluż proposti bħall-ħolqien ta’ kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro.
"Qed nesperjenzaw l-aktar sitwazzjoni ekonomika favorevoli minn mindu ġie introdott l-euro. Għalhekk huwa l-aħjar żmien biex nirriflettu b'mod strateġiku fuq l-ambizzjonijiet fit-tul tagħna. Dan kien il-punt tas-Summit tal-Euro tal-lum", qal il-President Tusk wara l-laqgħa.
Il-mexxejja rriaffermaw il-prijoritajiet politiċi l-aktar urġenti:
- it-tisħiħ tal-unjoni bankarja
- ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà
Huma qalu li ser ikomplu bit-taħditiet dwar dawn il-kwistjonijiet fis-Summit tal-Euro li jmiss f'Ġunju meta huwa mistenni li jieħdu l-ewwel deċiżjonijiet.
It-taħditiet waqt is-Summit tal-Euro kienu ggwidati minn nota li l-President Donald Tusk bagħat lill-mexxejja ftit jiem qabel il-laqgħa. In-nota enfasizzat rabta bejn il-kwistjoni ta' kapaċità fiskali u dik ta' tfassil ta' politika tajjeb u responsabbli.
Ma kien hemm ebda konklużjoni bil-miktub mid-dibattitu.
Riformi li qed jiġu diskussi
L-ambitu u l-kalendarju tar-riformi ġew deskritti fil-qosor mill-mexxejja f'Diċembru 2017.
Fis-sitt xhur li ġejjin il-ħidma tal-ministri tagħna għall-finanzi għandha tikkonċentra fuq oqsma fejn hemm l-akbar konverġenza ta' fehmiet. Progress pass pass fi kwistjonijiet bħall-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, u t-trasformazzjoni tal-MES fl-hekk imsejjaħ Fond Monetarju Ewropew, għandu jsaħħaħ b’mod sinifikanti r-reżiljenza tal-UEM. Il-President Donald Tusk fis-Summit tal-Euro f'Diċembru 2017
X'inhu s-Summit tal-Euro?
Is-Summit tal-Euro jipprovdi linji gwida politiċi biex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tal-unjoni ekonomika u monetarja. Dan jgħin fil-koordinazzjoni tal-oqsma ta’ politika rilevanti kollha bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro.
Donald Tusk huwa l-President tas-Summit tal-Euro u jippresiedi l-laqgħat tiegħu.
Summit tal-Euro
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025