Skip to content
  • Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-Euro, 15/12/2017, 15 ta' Diċembru 2017

Is-Summit tal-Euro ddiskuta l-ġejjieni tal-unjoni ekonomika u monetarja u l-unjoni bankarja.

"Il-parteċipanti fis-summit qablu mal-proposta tiegħi li fis-sitt xhur li ġejjin il-ħidma tal-ministri għall-finanzi tagħna għandha tikkonċentra fuq oqsma fejn hemm l-akbar konverġenza ta' fehmiet." Il-President Tusk fir-rimarki tiegħu wara l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2017

Il-mexxejja tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif jiżguraw li l-UE jkollha l-mezzi xierqa biex jiffaċċjaw xokkijiet ekonomiċi potenzjali.

Id-dibattitu kien imsejjes fuq nota ċċirkolata mill-President Tusk qabel is-summit bħala parti mill-Aġenda tal-Mexxejja. Din in-nota ddeskriviet għadd ta’ ideat li fuqhom hemm konverġenza ġenerali, bħal pereżempju:

  • il-bidu tat-tħaddim ta' garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, possibbilment fil-forma ta' linja ta' kreditu mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES);
  • aktar żvilupp tal-MES, biex possibbilment isir hekk imsejjaħ Fond Monetarju Ewropew.
  • aktar żvilupp tal-Pjan Direzzjonali tal-Kunsill Ecofin ta’ Ġunju 2016 dwar it-tlestija tal-unjoni bankarja, fosthom l-introduzzjoni gradwali ta’ Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti

Is-Summit tal-Euro sar f'format inklużiv ta’ 27 stat membru. Il-patt fiskali jipprevedi li l-pajjiżi kollha li rratifikawh (bħalissa 25) għandhom jipparteċipaw f’Summits tal-Euro meta dan ikun xieraq, u b’mod partikolari, meta tiġi diskussa l-arkitettura taż-żona tal-euro.

Minħabba l-importanza tad-diskussjonijiet, il-President Tusk iddeċieda wkoll li jistieden lill-Kroazja u lir-Repubblika Ċeka għas-summit, żewġ pajjiżi li għadhom ma rratifikawx il-patt fiskali.

Il-President Tusk ħabbar li ser isejjaħ is-Summit tal-Euro li jmiss f’Marzu 2018 biex titkompla d-diskussjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025