Skip to content
  • Summit taż-Żona tal-Euro

Summit taż-Żona tal-Euro, 12/07/2015, 12 ta' Lulju 2015

Riżultati prinċipali

Fit-13 ta’ Lulju 2015, il-mexxejja tal-istati membri taż-żona tal-euro qablu fil-prinċipju li huma lesti li jibdew negozjati dwar programm ta’ assistenza finanzjarja mill-MES għall-Greċja

Hemm għadd ta’ kondizzjonijiet stretti li għandhom jiġu sodisfatti qabel ma n-negozjati jkunu jistgħu jibdew b’mod formali.

Il-ftehim ser ikollu jiġi approvat mill-parlament Grieg u minn diversi parlamenti nazzjonali.

"Nilqa' l-progress u l-pożizzjoni kostruttiva tal-Greċja li tgħin biex jerġa' jkun hemm fiduċja fost is-sħab taż-żona tal-euro", qal Donald Tusk, il-President tas-Summit taż-Żona tal-Euro.

Il-passi li jmiss

Wara l-proċeduri nazzjonali, il-Grupp tal-Euro ser jaħdem mal-istituzzjonijiet biex in-negozjati jimxu 'l quddiem malajr. Il-ministri tal-finanzi taż-żona tal-euro ser jiddiskutu wkoll b’urġenza kif il-Greċja tista' tiġi megħjuna biex tissodisfa l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha fuq medda qasira ta’ żmien, l-hekk imsejjaħ finanzjament transitorju. 

Ara wkoll

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025