"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-Euro, 25 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Il-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE ddiskutew l-isfidi ekonomiċi għaż-żona tal-euro wara l-kriżi tal-COVID-19 u eżaminaw il-progress dwar l-unjoni bankarja u l-unjoni tas-swieq kapitali mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Christine Lagarde, u l-President tal-Grupp tal-Euro, Paschal Donohoe.

Rkupru ekonomiku

Il-mexxejja tal-UE esprimew l-importanza tar-rispons b'saħħtu, rapidu u koordinat tal-politika ekonomika tal-UE u l-istati membri tagħha, li ħejja t-triq għal irkupru robust, inklużiv u sostenibbli mill-kriżi tal-COVID-19.

Nilqgħu l-koordinazzjoni mill-qrib tal-politiki fiskali fiż-żona tal-euro li titkompla, mirfuda minn impenn lejn is-sostenibbiltà fiskali, bl-objettiv li l-irkupru jiġi stabbilit fis-sod u jiġu evitati l-effetti negattivi fit-tul tal-pandemija fuq is-soċjetajiet tagħna. Dikjarazzjoni mill-membri tas-Summit tal-Euro

Unjoni bankarja

Il-mexxejja tennew l-impenn sħiħ tagħhom għat-tlestija tal-unjoni bankarja u stiednu lill-Grupp tal-Euro f'format inklużiv biex jaqbel mingħajr dewmien dwar pjan ta' ħidma pass pass u marbut biż-żmien.

Unjoni tas-swieq kapitali

Il-mexxejja tal-UE ssottolinjaw l-appoġġ politiku tagħhom għall-unjoni tas-swieq kapitali (CMU) u appellaw għal implimentazzjoni rapida tal-pjan ta' azzjoni tas-CMU. Huma qablu li jeħtieġ jiġu identifikati u indirizzati l-isfidi strutturali għall-integrazzjoni u għall-iżvilupp tas-swieq kapitali, b'mod partikolari f'oqsma speċifiċi ta' liġijiet korporattivi dwar l-insolvenza.

Finanzjament ekoloġiku, inkluż standard ta' bonds ekoloġiċi, jista' jkun katalist għal CMU sħiħa. Dikjarazzjoni mill-membri tas-Summit tal-Euro

Fil-laqgħa tiegħu li jmiss f'Diċembru 2021, is-Summit tal-Euro ser jirrevedi l-progress dwar dawn il-kwistjonijiet kollha.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025