"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Summit taż-Żona tal-Euro

Summit tal-Euro, 16 ta' Diċembru 2021

Riżultati ewlenin

Is-Summit tal-Euro sar f'format inklużiv mal-mexxejja kollha tal-UE 27, u ffoka fuq l-irkupru ekonomiku u l-progress fil-kisba tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

F'dikjarazzjoni, il-mexxejja tal-UE għarfu li r-rispons qawwi, rapidu u koordinat tal-politika ekonomika tal-UE u tal-istati membri tagħha kien qed iwassal għal irkupru robust mill-kriżi tal-COVID-19. Huma ddikjaraw ukoll li jibqgħu determinati u aġli fir-rispons tagħhom.

Perspettiva ekonomika

Il-mexxejja tal-UE ħadu nota tal-ittra mibgħuta mill-President tal-Grupp tal-Euro fl-10 ta' Diċembru 2021, u tad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji għall-2022. Huma enfasizzaw l-importanza ta' koordinazzjoni mill-qrib kontinwa tal-politiki fiskali taż-żona tal-euro biex jiġi stabbilit irkupru sostenibbli u inklużiv.

Unjoni bankarja u unjoni tas-swieq kapitali

Il-mexxejja tal-UE nnutaw li unjoni bankarja kompluta u unjoni tas-swieq kapitali profonda, integrata u li tiffunzjona tajjeb huma kruċjali biex niżguraw sistema finanzjarja stabbli, li tappoġġja l-kompetittività tal-UE u tidderieġi l-finanzjament meħtieġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali.

F'dan il-kuntest, il-mexxejja tal-UE jistennew bil-ħerqa d-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jemenda t-Trattat dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u l-introduzzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni kemm jista' jkun malajr.

Filwaqt tennew l-impenn politiku lejn l-unjoni bankarja, il-mexxejja tal-UE stiednu lill-Grupp tal-Euro f'format inklużiv, biex jiffinalizza pjan ta' ħidma pass pass u marbut biż-żmien li jfassal it-triq għat-tlestija tagħha.

Il-mexxejja tal-UE appellaw ukoll biex jitħaffef l-approfondiment tal-unjoni tas-swieq kapitali.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit taż-Żona tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025