Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 09/03/2015, 9 ta' Marzu 2015

Riżultati ewlenin

Abbozzi ta' pjanijiet baġitarji

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta informazzjoni aġġornata dwar l-abbozzi ta’ pjanijiet baġitarji. F'Diċembru li għadda l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji ta' 7 pajjiżi taż-żona tal-euro tqiesu li huma f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. 

 

"Jien nilqa’ b’sodisfazzjon li għal darb’oħra l-istati membri kollha għamlu impenn sod li jagħmlu dak li huwa meħtieġ fl-2015 biex jirrispettaw bis-sħiħ il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir." 

  Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem

 

Fid-dikjarazzjoni tiegħu, il-Grupp tal-Euro nnota li s-sitwazzjoni tjiebet fil-Belġju, Malta u l-Italja u sa ċertu punt fi Spanja u l-Portugall matul l-aħħar tliet xhur. Il-Grupp tal-Euro laqa’ l-impenn mill-Awstrija u Franza biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità mal-Patt.

Greċja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta r-rieżami attwali tal-impenji tal-Greċja skont l-arranġament eżistenti. Il-Ministri qablu li l-Greċja u l-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali ser jibdew diskussjonijiet nhar l-Erbgħa (11 ta’ Marzu), fi Brussell

Timijiet tekniċi mill-istituzzjonijiet ser jintlaqgħu f’Ateni biex jappoġġaw dan il-proċess.

Ċipru

Il-Grupp tal-Euro stieden lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'Ċipru biex jimplimentaw qafas ta’ preklużjoni, li jgħin lill-banek ta' Ċipru biex inaddfu l-karti tal-bilanċ tagħhom u jtejbu s-self lill-ekonomija. Huwa wieħed mir-rekwiżiti li jerġa jqiegħed il-programm Ċiprijott fit-triq it-tajba. 

Riforma tas-settur tas-servizzi 

Il-Ministri ddiskutew ir-riforma tas-settur tas-servizzi fiż-żona tal-euro. Għadd ta’ ministri kkondividew l-esperjenzi nazzjonali tagħhom ta’ liberalizzazzjoni tas-settur tas-servizzi u t-titjib tal-effiċjenza tiegħu.  Il-Grupp tal-Euro ser jerġa’ lura għal din id-diskussjoni fit-tieni parti sena. 

 

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025