- Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro, 22/04/2016, 22 ta' April 2016
Riżultati ewlenin
Greċja: is-sitwazzjoni attwali
L-istituzzjonijiet u l-Ministru għall-Finanzi Grieg, Euclid Tsakalotos, infurmaw lill-Grupp tal-Euro dwar l-istat attwali fl-ewwel rieżami li għaddej tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Greċja.
Biex jitlesta r-rieżami, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet Griegi għandhom jilħqu qbil dwar pakkett komprensiv ta’ riformi ta’ politika biex jiġu implimentati mill-Greċja.
Għalkemm fl-aħħar ġimgħat sar progress sinifikanti, għad hemm bżonn ta’ aktar ħidma dwar għadd ta’ oqsma ta’ politika, inklużi l-istrateġija fiskali u l-fond għall-privatizzazzjoni.
Il-Grupp tal-Euro ħeġġeġ lill-awtoritajiet Griegi biex mingħajr dewmien jaqblu mal-istituzzjonijiet dwar il-pakkett ta’ riforma li għandu jkopri wkoll kwistjonijiet bħal miżuri ta’ kontinġenza u self improduttiv.
Il-Grupp tal-Euro huwa fiduċjuż li ser ikun hemm qbil fil-jiem li ġejjin u, jekk dan iseħħ, jinsab lest li jerġa’ jiltaqa’ f’laqgħa straordinarja biex jaqbel dwar il-passi li jmiss lejn l-għeluq tal-ewwel rieżami.
- Greċja: it-tielet programm ta' aġġustament ekonomiku
- Skeda ta' żmien: it-tielet programm ta' aġġustament ekonomiku għall-Greċja
Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: oqfsa nazzjonali ta' insolvenza
Il-Grupp tal-Euro kompla bl-iskambju ta’ fehmiet dwar l-oqfsa nazzjonali ta' insolvenza u l-applikazzjoni tagħhom, li jvarjaw ħafna fl-istati membri taż-żona tal-euro. Id-diskussjoni saret f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-2015 u l-2016 għaż-żona tal-euro, maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-eżerċizzju annwali tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika.
Oqfsa ta' insolvenza li jiffunzjonaw tajjeb huma indispensabbli fl-indirizzar ta’ dejn eċċessiv u fit-titjib tal-ħila tal-banek biex jipprovdu kreditu lill-ekonomija. Il-kwistjoni hija partikolarment rilevanti għaż-żona tal-euro, peress li l-ekonomiji individwali tagħha huma suxxettibbli għal effetti konsegwenzjali.
Il-Ministri qablu dwar sett ta’ prinċipji komuni li jistgħu jservu ta’ gwida biex jittejbu dawn l-oqfsa nazzjonali. Il-prinċipji jiffukaw primarjament fuq il-ħeffa, il-prevedibbiltà u l-kosteffettività tal-oqfsa.
- Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar l-oqfsa nazzjonali tal-insolvenza, 22 ta’ April 2016
- Laqgħa tal-Grupp tal-Euro, 14 ta' Jannar 2016
- Oqfsa ta’ insolvenza fiż-żona tal-euro: prinċipji ta’ effiċjenza u punti ta’ referenza
Preżentazzjoni mill-President tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU)
Il-President tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), Danièle Nouy, ippreżentat ir-rapport annwali tal-MSU.
Hija infurmat ukoll lill-Grupp tal-Euro dwar il-ħidma li għaddejja għall-armonizzazzjoni tal-għażliet superviżorji u d-diskrezzjonijiet nazzjonali fis-settur bankarju taż-żona tal-euro sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet aktar ekwivalenti.
- Rapport annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji tiegħu fl-2015
- Mekkaniżmu superviżorju uniku (informazzjoni ġenerali)
Aġġornament dwar is-sorveljanza fiskali
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ir-riżultati ewlenin tan-notifiki ta’ April 2016 maħruġa mill-Eurostat fil-kuntest tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP).
Fl-2015, il-medja tad-defiċit tal-gvernijiet u d-dejn fiż-żona tal-euro kienet ta’ 2.1% u 90.7% tal-PDG rispettivament.
Il-ministri tal-finanzi ser janalizzaw aktar il-kwistjoni tas-sorveljanza fiskali u l-passi possibbli taħt l-EDP fix-xhur li ġejjin, fl-isfond tal-previżjoni li jmiss tar-rebbiegħa 2016 mill-Kummissjoni Ewropea u l-preżentazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà u l-programmi ta’ riforma nazzjonali mill-istati membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew 2016.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025