- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 14/01/2016, 14 ta' Jannar 2016
Riżultati ewlenin
Greċja: is-sitwazzjoni attwali
L-istituzzjonijiet u l-Ministru għall-Finanzi Grieg, Euclid Tsakalotos, informa lill-Grupp tal-Euro dwar il-passi li jmiss fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja.
L-istituzzjonijiet bi ħsiebhom jibdew l-ewwel eżami tal-implimentazzjoni tal-programm l-ġimgħa d-dieħla. L-eżami mistenni jiffoka fuq il-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin:
- ir-riforma tal-pensjonijiet
- il-baġit għall-2016
- l-istrateġija fiskali għal terminu medju
- l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika tal-Greċja
- ir-riformi fis-settur finanzjarju
- ir-riformi fis-settur tal-elettriku
Il-ministri appellaw lill-awtoritajiet Griegi biex jikkooperaw b'mod kostruttiv mal-istituzzjonijiet biex ikun żgurat li l-ewwel eżami jsir bla xkiel u bir-reqqa. It-tlestija b'suċċess ta' dan l-eżerċizzju għandha twitti t-triq għal deċiżjonijiet dwar miżuri possibbli ta' ħelsien mid-dejn u għal programm tal-FMI, kif kien maqbul mill-kapijiet ta' stat jew gvern f'Lulju 2015.
Ċipru: is-sitwazzjoni attwali
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta t-8 u l-aħħar eżami tal-programm ta' aġġustament ta' Ċipru. L-istituzzjonijiet innotaw li Ċipru kien għamel progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm.
Ċipru issa huwa mistenni jissodisfa żewġ kundizzjonijiet pendenti, l-hekk imsejħa 'azzjonijiet preliminari', li għandhom jiġu implimentati biex formalment jiffinalizzaw l-eżami. Il-finalizzazzjoni tal-eżami ser twitti t-triq għall-ħlasijiet finali ta' madwar €300 miljun mill-MES.
- Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, il-BĊE u l-FMI dwar Ċipru (Novembru 2015)
- Programm ta’ aġġustament ekonomiku għal Ċipru
Semestru Ewropew
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-2015 taż-żona tal-euro u ddiskuta l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2016, li hu ppjanat li tiġi approvata mill-Kunsill ECOFIN fil-15 ta' Jannar 2016.
Il-Ministri qablu dwar ħames prijoritajiet politiċi għaż-żona tal-euro fl-2016-2017, fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni Ewropea:
- ir-riformi strutturali
- l-appoġġ għall-impjiegi
- il-politiki fiskali fis-sod
- it-tnaqqis tad-dejn
- it-tkomplija tat-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
Ir-rakkomandazzjoni ser tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni u mbagħad tiġi adottata formalment mill-Kunsill.
- Semestru Ewropew (informazzjoni ġenerali)
- Abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (għall-2016)
Artikolu IV konsultazzjoni tal-FMI maż-żona tal-euro
Il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) informa lill-Grupp tal-Euro dwar ir-riżultati ewlenin tal-missjoni interim tiegħu fil-kuntest tal-konsultazzjoni dwar l-Artikolu IV tal-FMI, li saret fl-ewwel nofs ta' Diċembru 2015.
Il-Grupp tal-Euro qabel mal-evalwazzjoni tal-FMI tal-perspettiva ekonomika għaż-żona tal-euro u l-isfidi politiċi tagħha.
Il-missjoni finali ser isseħħ u r-rapport sħiħ isir disponibbli aktar tard din is-sena.
Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: oqfsa nazzjonali ta' insolvenza
F'konformità mar-rakkomandazzjoni taż-żona tal-euro għall-2015, il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar l-oqfsa ta' insolvenza nazzjonali u l-applikazzjoni tagħhom, li jvarjaw ħafna minn stat membru għal ieħor.
Il-Grupp tal-Euro jaqbel li l-kwistjoni tal-oqfsa ta' insolvenza hija partikolarment rilevanti għaż-żona tal-euro, speċjalment biex tindirizza d-dejn eċċessiv, u wkoll minħabba li l-ekonomiji taż-żona tal-euro huma suxxettibbli għal effetti sekondarji.
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-esperjenza ta' pajjiżi individwali fir-riforma tal-oqfsa nazzjonali ta' insolvenza. Il-ministri qablu li f'dan il-kuntest ikun utli li jiġi stabbilit sett ta' prinċipji u punti ta' referenza komuni biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja ta' dawn l-oqfsa, u qablu li jkomplu d-diskussjoni fir-rebbiegħa tal-2016.
Dan huwa sinjal ta' kooperazzjoni qawwija miż-żona tal-euro. Jeroen Dijsselbloem
Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura (AIIB)
Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem informa lill-ministri li l-istati membri kollha taż-żona tal-euro li bħalissa qed jieħdu sehem fl-AIIB qablu li jiffurmaw kostitwenza waħda għaż-żona tal-euro fil-bank.
Streaming dirett ta’ sessjonijiet pubbliċi u avvenimenti għall-istampa.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025