"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 9 ta' Lulju 2020
Riżultati ewlenin
Filmat tal-punti ewlenin tal-laqgħa ta' Lulju 2020 tal-Grupp tal-Euro
Elezzjoni tal-President tal-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro eleġġa lil Paschal Donohoe, Ministru għall-Finanzi u għar-Riformi u n-Nefqa Pubblika tal-Irlanda, bħala President tal-Grupp tal-Euro.
Ippermettuli ngħid biss li verament kien pjaċir tiegħi naħdem ma' Paschal għal dawn l-aħħar sentejn u nofs, u li l-kontributi tiegħu għall-ħidma tal-Grupp tal-Euro kienu apprezzati ħafna mill-kollegi. M'għandi l-ebda dubju li Paschal ser ikun President eċċellenti tal-Grupp tal-Euro u nawguralu minn qalbi kull suċċess f'din il-kariga.
Mário Centeno, President tal-Grupp tal-Euro
Il-president il-ġdid jieħu post Mário Centeno, it-tielet President permanenti tal-Grupp tal-Euro, li ġie elett fl-4 ta' Diċembru 2017.
Hekk kif nibda l-kariga tiegħi bħala President tal-Grupp tal-Euro, ninsab konxju ħafna li ċ-ċittadini tal-Ewropa qed iħarsu lejn is-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-ekonomiji nazzjonali tagħhom bħalissa, qed iħarsu lejn l-ekonomija Ewropea u qed jitħassbu (...) dwar il-futur tagħhom, l-impjiegi tagħhom u d-dħul tagħhom. Din hija sfida li nifhem, hija sfida li jifhmu l-membri tal-Grupp tal-Euro. Inħossni assolutament kunfidenti li mal-kollegi tiegħi fil-Grupp tal-Euro aħna kapaċi u bnejna l-pedamenti biex negħlbu dawn l-isfidi u noħorġu minnhom aktar b'saħħitna.
Paschal Donohoe, President elett tal-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona tal-euro, abbażi ta' preżentazzjoni tat-tbassir ekonomiku interim tas-sajf 2020 tal-Kummissjoni Ewropea.
It-tbassir tas-sajf tal-Kummissjoni jikkonferma li ż-żona tal-euro daħlet f'reċessjoni ta' profondità bla preċedent fit-tieni trimestru. It-tbassir jikkonferma wkoll li l-irkupru beda, għalkemm għadu kmieni wisq biex wieħed jirrilassa. (...) Mingħajr ir-rispons politiku rapidu u determinat li implimentajna fil-livell nazzjonali u dak Ewropew, is-sitwazzjoni kienet tkun saħansitra agħar.
Mário Centeno, President tal-Grupp tal-Euro
Sitwazzjoni baġitarja u pożizzjoni fiskali fiż-żona tal-euro
Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni baġitarja fiż-żona tal-euro. L-eżitu ser jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u r-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro għall-2021.
Il-President tal-Bord Fiskali Ewropew (EFB), Niels Thygesen, ippreżenta r-rapport tal-EFB tal-1 ta' Lulju 2020 dwar il-valutazzjoni tal-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll il-valutazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni baġitarja li tirriżulta mill-analiżi tagħha tal-programmi ta' stabbiltà tal-2020.
L-EFB, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-Ministri tal-Grupp tal-Euro kollha jappoġġaw politiki f'waqthom u mmirati biex jiġġieldu kontra l-pandemija u jipproteġu n-nisġa tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna.
Mário Centeno, President tal-Grupp tal-Euro
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.