Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 5 ta' Ottubru 2020

Riżultati ewlenin

Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-ministri ddiskutew il-prijoritajiet għall-Grupp tal-Euro taħt il-presidenza ta’ Paschal Donohoe. Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta' ħidma tiegħu sa Ġunju 2021.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Ippreżentajt programm komprensiv biex jgħin lill-Grupp tal-Euro jiżgura li jkompli jmexxi l-ekonomija taż-żona tal-euro lejn irkupru inklużiv li minnu jgawdu ċ-ċittadini kollha u jaħdem fuq it-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. (...) Għandi l-pjaċir ngħid li issa dan ġie approvat uffiċjalment.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Prijoritajiet għal riformi u investiment fiż-żona tal-euro

Hekk kif l-istati membri jħejju l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u l-abbozzi ta’ baġits għall-2021, il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta’ fehmiet dwar il-prijoritajiet ta’ politika għaż-żona tal-euro fil-kuntest tal-irkupru.

Hekk kif nimxu progressivament minn azzjoni ta’ emerġenza għall-irkupru, qbilna li l-politiki tagħna għandhom irawmu trasformazzjoni ekonomika u jisfruttaw il-potenzjal ġdid ta’ tkabbir fiż-żona tal-euro. Fl-istess ħin, il-politika tagħna għandha tindirizza r-riskji ta’ diverġenza ekonomika u ta’ żbilanċi. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Din id-diskussjoni timmarka l-bidu ta' proċess biex tinbena fehma komuni dwar il-prijoritajiet ekonomiċi ewlenin li jħarsu 'l quddiem għaż-żona tal-euro kollha kemm hi. Dawn il-prijoritajiet jiġu riflessi fir-rakkomandazzjonijiet annwali proposti mill-Kummissjoni u adottati mill-Kunsill.

Proċess tal-għażla għal membru ġdid tal-bord eżekuttiv tal-BĊE

Il-Grupp tal-Euro ta l-appoġġ tiegħu għall-kandidatura ta’ Frank Elderson biex jieħu post il-membru tal-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Yves Mersch, li l-mandat tiegħu jiskadi fl-14 ta’ Diċembru. Frank Elderson bħalissa huwa membru tal-bord eżekuttiv ta’ De Nederlandsche Bank NV (DNB), il-bank ċentrali tan-Netherlands.

Il-Greċja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-seba' rapport dwar is-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-Greċja. Dan ir-rapport mhuwiex marbut ma' deċiżjoni dwar il-miżuri ta' dejn kontinġenti għall-politika.

Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fil-11 ta' Lulju 2018 biex tattiva l-qafas ta' sorveljanza msaħħa għall-Greċja, li daħal fis-seħħ wara t-tmiem tal-programm tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà f'Awwissu 2018. Ir-rapporti trimestrali dwar is-sorveljanza msaħħa jippermettu monitoraġġ mill-qrib ta’:

  • is-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja fil-Greċja
  • l-impenji ta’ politika ta’ wara l-programm li qabel dwarhom il-Grupp tal-Euro f’Ġunju 2018.

Tħejjija ta' laqgħat internazzjonali: żviluppi fil-qasam tar-rati tal-kambju

Il-Grupp tal-Euro evalwa l-iżviluppi fir-rati tal-kambju matul ix-xhur preċedenti bil-ħsieb tal-laqgħat annwali li jmiss tal-Grupp tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025