Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 11 ta' Settembru 2020

Riżultati ewlenin

Il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro kienet ospitata mill-presidenza Ġermaniża tal-Kunsill f'Berlin. Din kienet l-ewwel laqgħa fiżika tal-Grupp tal-Euro minn Frar 2020, meta ġew introdotti r-restrizzjonijiet tal-COVID-19.

Din kienet ukoll l-ewwel laqgħa ppreseduta mill-President tal-Grupp tal-Euro Paschal Donohoe, li beda l-funzjoni tiegħu fit-13 ta' Lulju 2020.

Rendikont tas-sitwazzjoni ekonomika

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali fiż-żona tal-Euro, irrieżaminaw l-azzjoni politika fil-livell nazzjonali u dak Ewropew u ħarsu lejn il-ħtiġijiet ta' rkupru li l-ekonomiji jistgħu jiffaċċjaw wara l-kriżi tal-COVID-19.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
L-aħbar pożittiva hija li wara li ntlaħaq l-aktar punt baxx miż-żona tal-euro f'April u Mejju, rajna qabża sinifikanti fl-attività f'Ġunju u Lulju. Aħna lkoll konxji mill-apprensjoni enormi, it-tħassib kbir li ħafna miljuni ta' ċittadini qed iħabbtu wiċċhom magħhom; u naċċettaw li dan ser jieħu ż-żmien, u hemm bosta xi jsir biex nirranġaw il-ħsara kkawżata minn din il-kriżi. Iżda aħna magħqudin fl-impenn tagħna li nagħmlu dan.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar ir-rispons ta' politika fiskali nazzjonali kif ukoll dwar il-pożizzjoni fiskali fl-2021.

Ħassejt rieda kondiviża lejn approċċ ikkoordinat dwar il-politika baġitarja u dwar l-użu tal-Grupp tal-Euro bħala forum biex jintlaħaq dan il-fehim. Madwar iż-żona tal-euro xi skemi ta' kriżi ser jiskadu, iżda oħrajn ser jiġu estiżi u mtejba. Sadanittant, l-istati membri qed jiżviluppaw politiki ġodda biex jagħtu spinta lill-irkupru. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Format regolari

Diskussjoni tematika: l-ekonomija politika tar-riformi

Il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni tematika dwar il-fatturi tal-ekonomija politika li jiffaċilitaw l-introduzzjoni tar-riformi, jimmassimizzaw l-impatt tagħhom u jiżguraw l-użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi fil-kuntest tal-irkupru.

Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq nota teknika mħejjija mill-Kummissjoni.

Kellna skambju ta' fehmiet tassew rikk u produttiv fejn il-kollegi qasmu l-għarfien tagħhom u l-esperjenzi nazzjonali tagħhom dwar ir-rwol tal-Grupp tal-Euro. U rrid nuża l-Grupp tal-Euro biex ngħinu jissawwar kunsens akbar dwar l-oqsma ta' prijorità, dwar ir-riformi, biex nibnu t-triq tagħna lejn l-irkupru. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Format inklużiv

Unjoni bankarja

Il-ministri evalwaw il-ħidma li għaddejja fuq l-erba' flussi għal aktar tisħiħ tal-unjoni bankarja:

  • Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS)
  • stabbiltà finanzjarja
  • maniġġar ta' kriżijiet
  • integrazzjoni finanzjarja transkonfinali msaħħa
F'Ġunju, qbilna li nkomplu naħdmu fuq it-tisħiħ tal-Unjoni Bankarja bħala kwistjoni ta' prijorità; u kien hemm qbil wiesa' dwar il-ħtieġa li nimxu 'l quddiem b'mod ġenerali, u għandna l-għan li nagħmlu aktar progress fuqha matul is-sena. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-ministri ddiskutew ukoll ir-riforma tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) li jipprevedi:

  • l-introduzzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni sal-2023
  • introduzzjoni bikrija possibbli tal-garanzija ta' kontinġenza
  • il-forniment ta' likwidità f'każ ta' riżoluzzjoni

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025