Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 3 ta' Novembru 2020

Riżultati ewlenin

Format regolari (pajjiżi taż-żona tal-euro)

COVID-19: sfidi fiż-żona tal-euro u l-ekonomija globali

Id-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (EDCD), Andrea Ammon, kienet mistiedna mill-President tal-Grupp tal-Euro biex tinforma lill-ministri dwar l-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet mal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew, Irene Tinagli, dwar l-iżviluppi ekonomiċi u l-isfidi politiċi li qed jiffaċċjaw l-istati membri fiż-żona tal-euro.

Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni dwar l-iżviluppi tal-COVID-19.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Ninsab konvint li bl-għaqda fl-għanijiet li rajna mill-bidu tal-kriżi ser negħlbu dawn iż-żminijiet ta' sfida. Din l-għaqda fl-għanijiet ser tkun importanti wkoll biex jiġi ffinalizzat ftehim dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li hija prijorità urġenti għalina lkoll minħabba l-importanza kruċjali tagħha fl-appoġġ għall-irkupru ekonomiku fis-snin li ġejjin.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-ministri tal-Grupp tal-Euro jiddiskutu l-iżviluppi tal-COVID-19.

L-euro bħala munita diġitali

Il-ministri kellhom diskussjoni strateġika dwar il-benefiċċji u l-isfidi ta' introduzzjoni futura possibbli ta' euro diġitali. Din hija waħda mill-prijoritajiet inklużi fil-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro.

Rapport tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' Ottubru 2020 serva bħala kontribut għad-diskussjoni.

Ninkoraġġixxu lill-BĊE biex ikompli l-ħidma tiegħu fir-rigward ta' mudelli u għażliet għall-ħruġ possibbli ta' euro diġitali. Sadanittant, (...) ser nikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-proġett fuq is-sovranità monetarja tagħna, l-istabbiltà finanzjarja, il-finanzjament bankarju, il-protezzjoni tal-konsumatur u fuq ir-rwol internazzjonali tal-euro. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Format tal-unjoni bankarja

Il-Grupp tal-Euro kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fil- "format tal-unjoni bankarja", mal-membri tal-unjoni bankarja tal-UE. Bħalissa dawn huma d-19-il pajjiż taż-żona tal-euro kif ukoll il-Bulgarija u l-Kroazja, li ssieħbu mal-unjoni bankarja f'Lulju li għadda.

Aspetti operazzjonali tal-unjoni bankarja

Il-president tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, Andrea Enria, ippreżenta l-kompiti superviżorji mwettqa mis-superviżjoni bankarja tal-BĊE mill-aħħar rapport f'Ġunju 2020. Huwa ffoka fuq:

  • l-impatt tal-COVID-19 fuq il-banek u l-miżuri adottati
  • il-brexit
  • ir-riskju tat-tibdil fil-klima

Il-president tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Elke König, infurmat lill-Grupp tal-Euro dwar l-attivitajiet reċenti tas-SRB. B'mod partikolari, hija ffokat fuq ir-rispons għall-kriżi tal-COVID-19 u aġġornat lill-Grupp tal-Euro dwar il-progress li sar fuq:

  • l-ippjanar ta' riżoluzzjoni
  • ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL)
  • ir-riżolvibbiltà
  • il-bini tal-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF)

Format inklużiv (UE 27)

Xbieki ta' sikurezza għall-COVID-19: sitwazzjoni attwali

Il-ministri ħadu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tat-tliet xbieki ta' sikurezza maqbula fil-vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro tas-7-9 ta' April 2020:

  • Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (SURE) lil 17-il stat membru u l-Kummissjoni ħarġet b'suċċess l-ewwel bonds tagħha fis-swieq finanzjarji
  • Il-Fond ta' Garanzija pan-Ewropew tal-BEI sar operazzjonali matul is-sajf u ġew approvati l-ewwel operazzjonijiet
  • Il-linja ta' kreditu għall-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika tal-MES tinsab fis-seħħ u ser tkun disponibbli bħala garanzija ta' kontinġenza għas-sovrani sal-aħħar tal-2022

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025