"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 10 ta' Settembru 2021

Riżultati ewlenin

Is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro

Id-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC), Andrea Ammon, aġġorna lill-Grupp tal-Euro dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-COVID-19. Il-ministri komplew il-ħidma b'diskussjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika u skambjaw fehmiet mal-president tal-kumitat tal-Parlament Ewropew għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji, Irene Tinagli.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
L-isforzi tagħna qed jikkontribwixxu għal prospetti mtejba ta' tkabbir taż-żona tal-euro li huma importanti għaċ-ċittadini tal-UE, l-impjiegi tagħhom u l-introjtu tagħhom. Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-ħidma tal-Kummissjoni, flimkien mal-koordinazzjoni tal-Grupp tal-Euro, qed jagħmlu differenza fil-prospetti mtejba li l-istituzzjonijiet differenti tagħna issa qed jikkomunikaw.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Żona tal-Euro: il-ġestjoni tal-impatt irregolari tal-COVID-19

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta t-tagħlimiet meħuda mill-impatt irregolari tal-COVID-19 fis-setturi ekonomiċi u r-reġjuni kollha. Il-ministri ffokaw fuq l-implikazzjonijiet tal-pandemija fil-perjodu medju f'termini ta' azzjonijiet ta' politika meħtieġa biex jiġu evitati d-diverġenzi.

Id-diskussjoni kienet appoġġata minn nota mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni tal-konverġenza fiż-żona tal-euro.

Solvenza korporattiva u kapaċità ta' aġġustament fiż-żona tal-euro fil-perjodu ta' rkupru

Wara l-qbil tagħhom f'laqgħat preċedenti għall-monitoraġġ tas-solvenza u tal-ħtiġijiet għar-ristrutturar, il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni tas-solvenza tas-settur korporattiv u miżuri potenzjali biex jiffaċilitaw ir-ristrutturar korporattiv u l-aġġustament ekonomiku fiż-żona tal-euro fil-perjodu ta' rkupru ta' wara l-COVID.

Filwaqt li ninsabu f'punt ta' rkupru, nirrikonoxxu wkoll kemm jeħtieġ li jsir xogħol u l-ħidma li għandna quddiemna. Matul id-diskussjoni tagħna llum, aħna affermajna mill-ġdid li ser inkomplu nieħdu pożizzjoni ta' appoġġ biex ngħinu lill-ekonomiji tagħna jirkupraw, iżda ser nimxu minn approċċ aktar ġenerali għal wieħed aktar immirat. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Affarijiet oħra

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) informa lill-Grupp tal-Euro dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE ta' Lulju 2021 li jniedi l-fażi ta' investigazzjoni tal-proġett tal-euro diġitali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025