Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 4 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Żviluppi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni makroekonomika fiż-żona tal-euro. Id-direttur tal-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), Christian Zinglersen, aġġorna lill-Grupp tal-Euro dwar l-iżviluppi reċenti fil-prezzijiet tal-enerġija. Dan ser jinforma l-monitoraġġ regolari tal-Grupp tal-Euro tal-iżviluppi ekonomiċi fiż-żona tal-euro.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Biex nagħtukom idea tad-diskussjoni tal-lum, ilkoll naqblu mal-Kummissjoni u mal-BĊE li parti sinifikanti tal-iżviluppi attwali x'aktarx hija temporanja, u li l-inflazzjoni għandha terġa' tibda tonqos is-sena d-dieħla. L-aktar vulnerabbli mhumiex l-uniċi nies affettwati: din hija kwistjoni li tolqot l-Ewropej kollha – iċ-ċittadini u n-negozji, b'mod partikolari l-SMEs. Huwa għalhekk li qbilna dwar il-ħtieġa li tiġi mmonitorjata l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija u nqisuha fit-tfassil tal-politika baġitarja tagħna biex niżguraw li dan ma jikkompromettix l-irkupru li beda.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Tħejjija ta' laqgħat internazzjonali

Qabel il-laqgħat annwali li jmiss tal-Grupp tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Grupp tal-Euro evalwa l-iżviluppi fir-rata tal-kambju fix-xhur li għaddew.

Id-diskussjoni dwar l-iżviluppi fir-rata tal-kambju hija parti mit-tħejjija tal-Grupp tal-Euro għal-laqgħat internazzjonali.

Il-prijoritajiet taż-Żona tal-Euro fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u t-tagħlimiet meħuda mir-rispons Ewropew għall-Covid-19

Il-ministri evalwaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet taż-żona tal-euro fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza abbażi ta' preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Huma qasmu l-fehmiet tagħhom ukoll dwar il-prijoritajiet futuri tal-politika ekonomika għaż-żona tal-euro.

It-tkabbir li qed naraw issa, l-appoġġ kontinwu mil-lat ta' politika li għandna fis-seħħ, u l-finanzjament għall-irkupru li issa qed jiċċirkola, huma l-aħjar mediċina li hemm biex tgħin lill-kumpaniji u lill-familji jirkupraw minn din il-kriżi ekonomika. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Programm ta' ħidma għad-diskussjoni tematika għall-2022

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar il-programm tal-2022 tad-diskussjonijiet tematiċi tal-Grupp tal-Euro dwar it-tkabbir u l-impjiegi. L-għan kien li jintgħażlu temi rilevanti u ta' prijorità u jiġu diskussi modi biex jiġu strutturati d-diskussjonijiet tematiċi sabiex jiġi massimizzat il-kontribut tagħhom għall-kisba tal-objettivi tal-politika taż-żona tal-euro.

Greċja – il-11-il rapport ta' sorveljanza msaħħa

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-11-il rapport dwar is-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-Greċja. Dan ir-rapport mhuwiex marbut ma' deċiżjoni dwar il-miżuri ta' dejn kontinġenti għall-politika.

Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fil-11 ta' Lulju 2018 biex tattiva l-qafas ta' sorveljanza msaħħa għall-Greċja, li daħal fis-seħħ wara t-tmiem tal-programm tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) f'Awwissu 2018. Dawn ir-rapporti ta' sorveljanza msaħħa trimestrali jippermettu monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u l-impenji ta' politika ta' wara l-programm, maqbula mill-Grupp tal-Euro f'Ġunju 2018.

Aġġornament tal-unjoni bankarja u rappurtar dwar aspetti operazzjonali

L-14-il seduta ta' smigħ tal-president tal-Bord Superviżorju

Il-president tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Andrea Enria, informa lill-Grupp tal-Euro dwar il-kompiti superviżorji mwettqa taħt is-superviżjoni bankarja tal-BĊE. Il-president iffoka b'mod partikolari fuq l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq ir-riskju tal-kreditu, ir-riskji emerġenti li jeħtieġu azzjoni superviżorja, it-trasformazzjoni strutturali tas-settur bankarju Ewropew u l-aġġustamenti tal-mudelli tan-negozju xprunati mid-diġitalizzazzjoni u r-riskju klimatiku.

Rappurtar dwar attivitajiet reċenti tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Il-president tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB), Elke König, aġġorna lill-Grupp tal-Euro dwar l-attivitajiet reċenti mwettqa mill-SRB, b'enfasi fuq il-prijoritajiet fir-rigward tar-riżolvibbiltà tal-banek, ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL), it-tħejjija għall-fażi ta' implimentazzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza komuni u d-deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li jaffettwaw l-SRB.

Dawn huma preżentazzjonijiet regolari li jsiru darbtejn fis-sena.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025