Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 6 ta' Diċembru 2021

Riżultati ewlenin

Missjoni tal-FMI fiż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV

Il-Fond Monetarju Internazzjonali ppreżenta l-eżitu tal-missjoni tiegħu fiż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV. Ir-rieżami tal-Artikolu IV huwa eżerċizzju regolari li fih il-FMI jirrevedi l-iżviluppi ekonomiċi, jikkonsulta ma' dawk li jfasslu l-politika u jipprovdi pariri mmirati ta' politika.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-fatt li feġġew varjanti ġodda tal-COVID huwa tfakkira li l-appoġġ għall-politika għadu meħtieġ u li għandna nkomplu nimmonitorjaw l-iżviluppi mill-qrib. Madankollu, l-irkupru ekonomiku issa huwa b'saħħtu biżżejjed biex jiġġustifika bidla minn miżuri ta' appoġġ wiesa' għal miżuri aktar immirati.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għar-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2022, ippubblikata fl-24 ta' Novembru.

Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar il-proposta, u ser jerġa' lura għas-suġġett f'Jannar 2022.

Abbozz ta' pjanijiet baġitarji għall-2022

Il-Grupp tal-Euro eżamina s-sitwazzjoni ekonomika u fiskali tal-istati membri taż-żona tal-euro.

Din id-diskussjoni kienet ibbażata fuq l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' pjanijiet baġitarji (DBPs) tad-19-il stat membru taż-żona tal-euro u fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-DBPs, ippubblikata fl-24 ta' Novembru 2021. Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni.

Id-dikjarazzjoni li għadna kif ħriġna tikkonferma l-importanza li nżommu appoġġ fiskali moderat fl-2022, filwaqt li nibqgħu flessibbli u niżguraw li l-miżuri jkunu mmirati tajjeb filwaqt li nkomplu nirreaġixxu għal ambjent tas-saħħa li dejjem jinbidel. Fl-istess ħin, nieħdu nota tal-importanza li jiġi kkontrollat it-tkabbir fl-infiq attwali, speċjalment għall-istati membri b'livelli għoljin ta' dejn. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

It-tnax-il rapport dwar is-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-Greċja

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta t-tnax-il rapport dwar is-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-Greċja. F'dan il-kuntest, il-ministri qablu li l-kondizzjonijiet meħtieġa huma fis-seħħ biex jirrilaxxaw is-sitt segment ta' miżuri tad-dejn kontinġenti għall-politika. Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni.

Dwar il-Greċja, aħna lqajna l-progress miksub fir-riforma tal-politika minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli tal-pandemija u n-nirien terribbli ta' Awwissu 2021 u tajna l-qbil politiku tagħna għar-rilaxx tas-sitt segment tal-miżuri tad-dejn kontinġenti għall-politika, li jiswew €767 miljun. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Sorveljanza ta' wara l-programm

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) informaw lill-Grupp tal-Euro dwar is-sejbiet ewlenin tar-rapporti dwar is-sorveljanza ta' wara l-programm fir-rigward ta' Ċipru, il-Portugall, l-Irlanda u Spanja.

Is-sorveljanza ta' wara l-programm tibda awtomatikament wara t-tmiem tal-programmi ta' assistenza finanzjarja u tkompli sakemm tkun tħallset lura mill-inqas 75% tal-assistenza finanzjarja. Ir-rapportar iseħħ darbtejn fis-sena.

Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro għall-ewwel nofs tal-2022

Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta' ħidma għall-ewwel nofs tas-sena d-dieħla, li jkopri l-perjodu minn Jannar sa Ġunju.

Affarijiet oħra

Wara l-laqgħa tal-Grupp tal-Euro, il-President tal-Grupp tal-Euro stieden lill-ministri kollha tal-UE għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji għal ikla informali biex jiddiskutu l-unjoni bankarja u t-tħejjija tas-Summit tal-Euro ta' Diċembru.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025