"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 21 ta' Mejju 2021

Riżultati ewlenin

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-iżviluppi makroekonomiċi u fiskali fiż-żona tal-euro u eżamina kif jaħdmu l-mekkaniżmi ta' aġġustament. Il-ministri adottaw ukoll il-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro għat-tieni nofs tal-2021 u semgħu r-rapporti mill-presidenti tal-Bord Superviżorju tal-BĊE u tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni.

Skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u fiskali

Il-Grupp tal-Euro kellhom skambju ta' fehmiet mal-president tal-Kumitat ECON tal-Parlament Ewropew, is-Sa Irene Tinagli, dwar is-sitwazzjoni makroekonomika u fiskali fiż-żona tal-euro, abbażi wkoll tat-tbassir tar-rebbiegħa mill-Kummissjoni.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Nistgħu naraw li l-irkupru qed jikkonsolida ruħu. Iżda nafu wkoll li l-isfidi għadhom kbar, li r-riskju ta' riperkussjonijiet u ħsara minn din il-pandemija fis-soċjetajiet tagħna, għaċ-ċittadini tagħna u għall-karti bilanċjali ta' min iħaddem għadu reali.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Dan l-iskambju ta' fehmiet hu parti minn djalogu li għaddej bil-għan li jsaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Grupp tal-Euro.

Punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tal-21 ta’ Mejju 2021, li saret fil-Portugall

Kif jaħdmu l-mekkaniżmi ta' aġġustament fiż-żona tal-euro - dak li ħareġ mill-pandemija tal-COVID-19

Il-ministri għall-finanzi ddiskutew kif jaħdmu l-mekkaniżmi ta' aġġustament fiż-żona tal-euro, billi kkonċentraw fuq il-pandemija tal-COVID-19.

F'Settembru 2017, il-Grupp tal-Euro qabel li juża r-reżiljenza ekonomika bħala qafas ġenerali għal diskussjonijiet tematiċi futuri dwar it-tkabbir u l-impjiegi. Bħala parti minn dan il-fluss ta' ħidma, il-ministri jħarsu lejn il-mekkaniżmi ta' aġġustament, li huma element importanti tar-reżiljenza ekonomika fiż-żona tal-euro.

Ser nippjanaw għal politika fiskali li tikseb bilanċ tajjeb bejn li nkomplu nappoġġaw lil min iħaddem u liċ-ċittadini tagħna lejn irkupru sostenibbli, iżda wkoll li nagħmlu dan b'mod sostenibbli u mmirat. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-programm ta' ħidma għat-tieni nofs tal-2021

Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta' ħidma għat-tieni nofs tas-sena, li jkopri l-perjodu minn Lulju sa Diċembru.

Rappurtar dwar aspetti operazzjonali tal-unjoni bankarja

It-13-il seduta ta' smigħ tal-president tal-Bord Superviżorju

Il-president tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-Sur Andrea Enria, għarraf lill-Grupp tal-Euro dwar ix-xogħol superviżorju li sar mill-aħħar rapport 'l hawn. Il-president iffoka fuq ir-riskji tal-kreditu u tal-klima, u l-Brexit.

Skambju regolari ta' fehmiet bejn il-Grupp tal-Euro u l-president tal-Bord Superviżorju tal-BĊE huwa previst fir-regolament (1024/2013) tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) kif ukoll fil-memorandum ta' qbil bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-BĊE dwar il-kooperazzjoni fuq proċeduri marbutin mal-MSU.

It-12-il seduta ta' smigħ saret f'Novembru 2020.

Rappurtar dwar l-aħħar attivitajiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Il-president tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB), is-Sa Elke König, aġġornat lill-Grupp tal-Euro dwar l-aħħar attivitajiet li saru mill-Bord, billi tikkonċentra partikolarment fuq il-progress li sar fuq ir-riżolvibbiltà, ir-rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli u l-bini tal-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni.

Din hija preżentazzjoni regolari, li ssir darbtejn fis-sena b'mod parallel mas-smigħ tal-president tal-Bord Superviżorju tal-BĊE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025