- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 12 ta' Lulju 2021
Riżultati ewlenin
Grupp tal-Euro f'format inklużiv (14:00)
Politiki ekonomiċi u finanzjarji
Il-ministri għall-finanzi kellhom skambju ta' fehmiet dwar id-dimensjoni internazzjonali tal-politiki ekonomiċi u finanzjarji taż-żona tal-euro ma' Janet Yellen, is-Segretarju tat-Teżor tal-Istati Uniti. Id-diskussjoni ffokat fuq l-irkupru ekonomiku kif ukoll fuq kwistjonijiet bankarji u ta' stabbiltà finanzjarja.
Kellna diskussjoni wiesgħa u rikka mas-Segretarju tat-Teżor tal-Istati Uniti Yellen. Indirizzajna l-isfidi li bħalissa qed tiffaċċa l-ekonomija globali, u bdejna bil-ġlieda tagħna kontra l-COVID-19. Iddiskutejna kif din il-marda qed taffettwa n-negozji tagħna u l-ħaddiema tagħna fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, u kif l-aġendi tagħna jistgħu jiġu allinjati bis-sħiħ hekk kif nittrattaw din il-kriżi. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Unjoni bankarja
Paschal Donohoe, il-President tal-Grupp tal-Euro, informa lill-ministri dwar is-summit tal-Euro ta' Ġunju, b'enfasi partikolari fuq id-diskussjonijiet dwar l-unjoni bankarja, bil-ħsieb li titħejja l-ħidma li ġejja.
Mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 (Infografika)
Grupp tal-Euro (16:15)
Pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro
Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro inġenerali, u ffokaw fuq il-prospetti għall-2022. Il-president tal-Bord Fiskali Ewropew (EFB), Niels Thygesen, kien mistieden għal din il-laqgħa u ppreżenta r-rapport tal-EFB ippubblikat reċentement.
Il-kwistjoni ewlenija għaż-żona tal-euro hija kif nistgħu naġġustaw il-politika baġitarja tagħna lura għan-"normal". Bħalissa għaddejja bidla gradwali fil-fokus tal-miżuri minn appoġġ ta' emerġenza għal dak ta' rkupru. Jeħtieġ li nżommu l-aġilità politika miexja 'l quddiem. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-valutazzjoni tagħha bbażata fuq l-analiżi tagħha tal-programmi ta' stabbiltà tal-2021. Id-diskussjoni ikkontribwiet għat-tħejjija tal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji u r-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro għall-2022.
Il-grupp tal-Euro jiddiskuti regolarment is-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro kollha kemm hi, fil-qafas tal-valutazzjoni tal-abbozz ta' pjanijiet baġitarji mfassla mill-istati membri taż-żona tal-euro.
L-euro bħala munita diġitali: rendikont
Il-ministri għall-finanzi ddiskutew l-implikazzjonijiet potenzjali ta' euro diġitali għaċ-ċittadini, in-negozji u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja inġenerali. Huma ffokaw fuq id-dimensjoni politika tagħha, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwoli u l-mandati tal-istituzzjonijiet kollha involuti.
Fix-xhur li ġejjin, il-grupp tal-Euro ser jikkunsidra d-dimensjonijiet politiċi differenti tat-tfassil u l-impatt tal-euro diġitali, b'mod partikolari f'termini ta' privatezza, kompetizzjoni, innovazzjoni jew inklużività. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-grupp tal-Euro ddiskuta l-euro bħala munita diġitali f'Novembru 2020 wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Eurosistema dwar l-euro diġitali. Reġgħu għamlu dan f'April 2021 meta ġew ippreżentati r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-BĊE. F'Marzu 2021, is-Summit tal-Euro appella biex timxi 'l quddiem il-ħidma esploratorja fuq l-introduzzjoni possibbli ta' euro diġitali.
Aktar informazzjoni:
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
Laqgħat li jmiss
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025