"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 8 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin

Format regolari

Żviluppi makroekonomiċi

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-iżviluppi makroekonomiċi, inkluż l-inflazzjoni, u l-prospetti ta' politika fiż-żona tal-euro. Il-ministri evalwaw u kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prezzijiet tal-enerġija u l-iżviluppi tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro qabel il-previżjoni tal-ħarifa tal-Kummissjoni.

Hekk kif l-attività tirkupra u jingrana l-irkupru madwar l-ekonomiji avvanzati, l-ostakli li qed nesperjenzaw f'xi setturi tal-ekonomiji tagħna qed jikkontribwixxu għal żieda qawwija f'daqqa fl-inflazzjoni. Filwaqt li ż-żieda fil-prezzijiet hija dovuta l-aktar għal fatturi temporanji, huma ftit aktar persistenti milli mistenni iżda huma mistennija li jispiċċaw fix-xejn matul l-2022. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tat-8 ta' Novembru 2021 li saret fi Brussell

Euro diġitali

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-objettivi ta' politika u l-użi tal-euro diġitali fil-kuntest tal-pass mgħaġġel tad-diġitalizzazzjoni fl-ekonomija globali, u l-impatt tagħha fuq iż-żona tal-euro u l-munita komuni, u evalwa l-inizjattivi u l-iżviluppi relatati fil-livell internazzjonali.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Hekk kif il-konsumaturi u d-ditti jirrikorru dejjem aktar għal pagamenti elettroniċi, irridu niżguraw li ċ-ċittadini tagħna u l-atturi kollha fl-ekonomija tagħna jkomplu jkollhom aċċess għall-flus pubbliċi f'firxa ta’ xenarji. Pereżempju, euro diġitali tista' toffri soluzzjoni Ewropea f'kuntest ta' domanda akbar għal mezzi alternattivi ta' pagamenti.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Laqgħat internazzjonali

Il-president tal-Grupp tal-Euro informa lill-ministri dwar il-laqgħat internazzjonali li attenda f'Ottubru (laqgħat annwali tal-G7 u tal-Bank Dinji u tal-FMI).

Format inklużiv

Rieżami tal-governanza ekonomika

Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rieżami tal-governanza ekonomika li tnieda mill-ġdid, b'fokus fuq id-dimensjoni taż-żona tal-euro. Il-ministri ddiskutew il-proċess li permezz tiegħu l-laqgħat tal-Grupp tal-Euro (u l-Grupp tal-Euro fil-format inklużiv għall-punti rilevanti) ser jikkunsidraw ir-rieżami tal-governanza, u kellhom diskussjoni inizjali dwar kif il-Grupp tal-Euro jista' jindirizza l-isfidi għall-koordinazzjoni tal-politiki fiskali u ekonomiċi fiż-żona tal-euro u għall-funzjonament tal-UEM f'ambjent ekonomiku post-COVID.

Ilkoll qbilna dwar l-importanza ta' qafas effettiv ta' governanza ekonomika u dwar il-ħtieġa għal diskussjoni dwar kwistjonijiet ġenerali, inkluż is-sjieda nazzjonali, is-simplifikazzjoni u l-infurzar. B'mod ġenerali, l-isforzi tagħna ser jittrattaw kif nistgħu nilħqu bilanċ bejn it-trawwim ta' investimenti li jiffavorixxu t-tkabbir u l-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Aġġornamenti b'rabta mal-unjoni bankarja u l-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni

Il-Grupp tal-Euro ġie infurmat mill-istituzzjonijiet rigward ir-riżultati ewlenin tar-rapport ta' monitoraġġ biannwali dwar l-indikaturi tat-tnaqqis tar-riskju. Il-ministri evalwaw ukoll it-tħejjijiet għall-introduzzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, kif maqbul f'Novembru 2020.

Tlestiet il-ħidma teknika biex tiġi introdotta l-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni. Hekk kif l-istati membri kollha jkunu ffinalizzaw ir-ratifika tat-Trattat dwar il-MES u l-Ftehim Emendatorju għall-Ftehim Intergovernattiv, aħna nieħdu l-aħħar pass proċedurali biex nistabbilixxu l-garanzija ta' kontinġenza fil-bidu tal-2022. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025