Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Vidjokonferenza tal-Grupp tal-Euro, 3 ta' Mejju 2022

Riżultati ewlenin

Il-Grupp tal-Euro ltaqa' f'format inklużiv fit-3 ta' Mejju, permezz ta' vidjokonferenza, biex jiddiskuti abbozz ta' pjan ta' ħidma dwar l-unjoni bankarja.

Il-President tal-Grupp tal-Euro ppreżenta l-proposta tiegħu għal pjan ta' ħidma biex titlesta l-Unjoni Bankarja.

It-tlestija tal-Unjoni Bankarja hija objettiv Ewropew ewlieni u għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ is-settur finanzjarju tal-UE.

Fis-Summit tal-Euro f'Diċembru 2020, il-mexxejja inkarigaw lill-Grupp tal-Euro biex iħejji, fuq bażi kunsenswali, pjan ta' ħidma fi stadji u marbut biż-żmien dwar l-elementi pendenti kollha meħtieġa biex titlesta l-Unjoni Bankarja. Il-mexxejja enfasizzaw dan il-mandat għal darba oħra fil-laqgħa informali tagħhom f'Versailles fl-10 u l-11 ta' Marzu 2022, fejn enfasizzaw li Unjoni Bankarja kompluta hija essenzjali għall-finanzjament tal-ħtiġijiet tal-ekonomija tagħna.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
L-abbozz ta' pjan ta' ħidma ġie fformulat biex jirrifletti l-fehmiet u t-tħassib li tqajmu mill-istati membri f'ħafna xhur kemm ili naħdem magħhom. U nnutajt bi pjaċir li bosta kollegi rrikonoxxew l-importanza tar-reviżjonijiet li saru u tal-kompromessi li ġew offruti. L-ammont ta' xogħol li jrid isir huwa enormi, imma minn issa sa Ġunju jien u t-tim tiegħi ser nistinkaw bla heda biex niksbu progress u nippruvaw nilħqu ftehim.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025