"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri ddiskutew l-introduzzjoni tal-euro mill-Kroazja, abbażi tar-rapporti dwar il-konverġenza mill-Kummissjoni u l-BĊE. Huma ddeċidew li jirrakkomandaw li l-Kroazja ssir l-20 membru taż-żona tal-euro.
Din hija kisba ferm mistħoqqa għall-Kroazja, u huwa rikonoxximent mill-Grupp tal-Euro u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-impenn u l-ħidma straordinarja tal-Prim Ministru Plenković, il-Ministru Marić u l-kollegi kollha tagħna fil-gvern tal-Kroazja li ssodisfaw il-passi kollha meħtieġa biex jissieħbu fil-munita komuni tagħna. Dan juri li l-euro, li din is-sena timmarka l-20 anniversarju tiegħu bħala munita fiżika, hija unjoni li qed tikber u li ser tissaħħaħ billi tikber. Huwa l-ewwel u qabel kollox simbolu ta' kif nużaw l-integrazzjoni tagħna u l-interdipendenza tagħna bħala sors ta' saħħa. U d-deċiżjoni mill-Grupp tal-Euro li jilqa' lill-Kroazja f'dik il-familja u d-determinazzjoni tal-Kroazja li tingħaqad mal-grupp tagħna hija sinjal ta' dik ir-reżiljenza.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-erbatax-il rapport dwar is-sorveljanza msaħħa dwar il-Greċja. Il-Grupp tal-Euro laqa' l-valutazzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej li l-kondizzjonijiet neċessarji huma fis-seħħ biex jikkonfermaw ir-rilaxx tas-seba' segment ta' miżuri ta' dejn kontinġenti għall-politika, li jammonta għal €748 miljun. Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni, li fost affarijiet oħra, tilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma ttawwalx is-sorveljanza msaħħa wara l-iskadenza tagħha fl-20 ta' Awwissu 2022, minħabba t-twettiq b'suċċess tal-parti l-kbira tal-impenji ta' politika tal-Greċja.
Minħabba l-progress li sar mill-Ministru Staikouras, il-gvern Grieg u l-poplu Grieg, illum ilqajna l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma ttawwalx is-sorveljanza msaħħa tal-ekonomija Griega wara l-iskadenza tal-programm fl-aħħar ta' Awwissu. Din hija kisba sinifikanti ħafna. Il-preżentazzjoni tal-progress mill-Ministru Staikouras ġie rikonoxxut bħala mument storiku mill-Grupp tal-Euro.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Filmat tal-punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro li saret fis-16 ta' Ġunju 2022 fil-Lussemburgu
Sorveljanza ta' wara l-programm tal-Portugall, Ċipru, Spanja u l-Irlanda
Il-Kummissjoni Ewropea u l-BĊE informaw lill-Grupp tal-Euro dwar is-sejbiet ewlenin tar-rapporti dwar is-sorveljanza ta' wara l-programm fir-rigward ta' Ċipru, il-Portugall, l-Irlanda u Spanja.
Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro II/2022
Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta' ħidma għat-tieni nofs tal-2022, li jkopri l-perjodu minn Lulju sa Diċembru.
Il-Ministru Sloven ippreżenta l-prijoritajiet ta' politika tal-gvern Sloven il-ġdid. Din hija prattika standard fil-Grupp tal-Euro meta gvernijiet ġodda jibdew il-mandat tagħhom.
Informazzjoni tal-BĊE dwar l-aħħar deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv
Il-BĊE informat lill-ministri dwar l-aħħar deċiżjonijiet ta' politika monetarja tal-Kunsill Governattiv.
Format inklużiv
Unjoni Bankarja
Il-ministri ddiskutew l-iżviluppi li jikkonċernaw l-Unjoni Bankarja, u adottaw dikjarazzjoni dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja.
Illum qbilna dwar pjan għal azzjonijiet konkreti ħafna li ser ikomplu jsaħħu l-Unjoni Bankarja tagħna. Qbilna li ser insaħħu l-qafas komuni għall-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji kif ukoll għar-regoli li jirregolaw l-użu tal-fondi nazzjonali ta' garanzija tad-depożiti. Il-Kummissjoni ser tressaq proposta f'dan ir-rigward. Il-Grupp tal-Euro ħa impenn politiku li jittraduċi dak il-progress f'realtà.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Kif previst fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG), il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv ħejja s-Summit tal-Euro ppjanat għall-24 ta' Ġunju 2022.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.