"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Rieżami tal-governanza ekonomika: Id-dimensjoni taż-żona tal-euro tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi
Bħala parti mir-rieżami tal-governanza ekonomika, il-ministri rriflettew fuq id-dimensjoni taż-żona tal-euro tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi. Nota maħruġa mis-segretarjat ipprovdiet qafas għad-diskussjoni.
Il-Grupp tal-Euro jirrikonoxxi li l-iżbilanċi makroekonomiċi huma ta' importanza partikolari għaż-żona tal-euro u li l-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi appoġġat it-tneħħija tagħhom. Il-proċedura kienet partikolarment ta' suċċess biex jitnaqqsu d-defiċits fil-kont kurrenti iżda ċertament inqas effettiva biex jitnaqqsu s-surpluses għoljin.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Proġett tal-euro diġitali
Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea aġġornaw lill-Grupp tal-Euro dwar l-euro diġitali. Il-BĊE ppreżenta s-sitwazzjoni attwali rigward il-każijiet ta' użu ta' euro diġitali. Il-Grupp tal-Euro mbagħad ħareġ dikjarazzjoni b'appoġġ għall-ħidma mwettqa mill-Eurosistema u mill-Kummissjoni dwar euro diġitali. Din il-ħidma investigattiva jenħtieġ li tibni fuq analiżi b'attenzjoni u bir-reqqa u ser tibbenefika mill-fehmiet tal-membri tal-Grupp tal-Euro matul il-proċess.
Il-Grupp tal-Euro laqa' r-ripagamenti bikrija mill-Greċja tas-self mill-Faċilità ta' Self għall-Greċja (GLF) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u ħareġ dikjarazzjoni, li tenfasizza l-impatt pożittiv li r-ripagamenti bikrija ser ikollhom fuq il-finanzi pubbliċi tal-Greċja u s-sinjal ta' fiduċja fis-swieq finanzjarji.
Dan huwa sinjal pożittiv ħafna għall-Greċja, li jirrifletti l-irkupru ekonomiku b'saħħtu mill-pandemija u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-impenji ta' riforma, anke f'dawk iż-żminijiet diffiċli. Illum adottajna dikjarazzjoni, li tilqa' dan l-iżvilupp pożittiv.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.