"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
L-iżviluppi makroekonomiċi u fiskali fiż-żona tal-euro
Il-ministri ddiskutew l-iżviluppi makroekonomiċi abbażi tat-Tbassir tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni. Abbażi tal-perspettiva ekonomika aġġornata, il-Grupp tal-Euro ddiskuta r-rispons ta' politika adatt, fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi attwali, b'enfasi fuq il-politiki fiskali.
Il-Grupp tal-Euro enfasizza b'mod konsistenti li l-istrateġija fiskali tagħna għandha tkun aġli u reattiva għall-avvenimenti li qed iseħħu. Dan l-approċċ huwa aktar rilevanti peress li inċertezza akbar teħtieġ biżżejjed flessibbiltà. Huwa għalhekk li t-tħabbira tal-Kummissjoni dwar iż-żamma tal-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali għal sena oħra hija żvilupp importanti. Fl-istess ħin, din id-deċiżjoni ma tbiddilx l-objettiv tagħna li nċaqalqu progressivament il-pożizzjoni fiskali tagħna minn waħda li tappoġġa din is-sena għal waħda newtrali s-sena d-dieħla. Hemm qbil ġenerali fost il-ministri li jeħtieġ li nistinkaw biex inkomplu nagħmlu l-politiki u d-deċiżjonijiet baġitarji tagħna sostenibbli kemm jista' jkun f'dan l-ambjent inċert. Għalhekk ser inkunu qed insegwu d-diskussjoni tal-lum f'aktar dettall fix-xhur li ġejjin. Il-kompromessi ta' politika huma kumplessi ħafna u ser nieħdu ż-żmien meħtieġ biex niksbu bilanċ tajjeb ta' politika. Aħna ser nimmiraw li nadottaw dikjarazzjoni dwar il-pożizzjoni baġitarja għas-sena d-dieħla fil-laqgħa tagħna tal-Grupp tal-Euro f'Lulju.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Wara s-sejħa għal kandidati għall-pożizzjoni ta' Direttur Maniġerjali tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-kandidaturi riċevuti.
Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji
Il-ministri rċevew preżentazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-opinjonijiet tagħha fir-rigward tal-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji aġġornati tal-Ġermanja u l-Portugall. Il-Grupp tal-Euro mbagħad ħareġ dikjarazzjoni.
Il-ministri ddiskutew l-abbozz ta' pjan ta' ħidma għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja, filwaqt li jibnu fuq il-progress li sar matul il-Grupp tal-Euro f'format inklużiv tat-3 ta' Mejju u l-ħidma li saret mill-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli (HLWG) minn dakinhar.
Ser naħdmu ħafna fiż-żmien li ġej biex inwittu t-triq għall-futur ta' dan il-proġett vitali u komuni. Ser nerġa' ninvolvi ruħi mill-ġdid f'dan ir-rigward f'Ġunju biex jinstab ftehim. Inkompli nirrifletti fuq l-argumenti kollha li smajt illum dwar l-Unjoni Bankarja, u ser ninvolvi ruħi mal-ministri kollha u nagħmel l-almu tiegħi biex ngħin biex jintlaħaq kompromess ibbilanċjat.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.