"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-iżviluppi makroekonomiċi u l-isfidi tal-politika fiż-żona tal-euro fil-kuntest globali attwali, b'kontribut mill-Fond Monetarju Internazzjonali, li ppreżenta l-eżitu taż-żjara interim tiegħu, imwettqa fil-kuntest tal-konsultazzjoni tiegħu maż-żona tal-euro skont l-Artikolu IV.
Ir-rieżami taż-żona tal-euro min-naħa tal-FMI skont l-Artikolu IV huwa eżerċizzju regolari li fih il-FMI jirrevedi l-iżviluppi ekonomiċi, jikkonsulta ma' dawk li jfasslu l-politika taż-żona tal-euro u jipprovdi pariri mmirati ta' politika.
Id-diskussjonijiet fil-Grupp tal-Euro kienu opportunità għal skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi attwali u l-isfidi emerġenti. Dawn l-iskambji u l-perspettiva globali tal-Fond, huma partikolarment siewja fi żmien meta l-iżviluppi internazzjonali qed jiġġeneraw inċertezza u sfidi ta' politika.
Is-sitwazzjoni baġitarja fiż-żona tal-euro u l-orjentazzjonijiet tal-politika fiskali għall-2023
B'segwitu għad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro ta' Marzu dwar il-gwida fiskali għall-2023, il-ministri ddiskutew s-sitwazzjoni baġitarja fiż-żona tal-euro u l-orjentazzjonijiet ta' politika fiskali għall-2023.
Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni dwar l-orjentazzjonijiet ta' politika fiskali bil-ħsieb tat-tħejjija tal-baġits nazzjonali għas-sena d-dieħla.
Irnexxielna niksbu fehma komuni dwar l-orjentazzjonijiet ta' politika fiskali għall-2023. B'mod partikolari, hemm kunsens li l-appoġġ għad-domanda ġenerali mhuwiex ġustifikat u l-enfasi għandha tkun fuq il-protezzjoni ta' dawk l-aktar vulnerabbli. Ser nimmiraw li nippreservaw is-sostenibbiltà tad-dejn u l-prospetti ta' tkabbir fit-tul, u nevitaw li nżidu l-pressjonijiet inflazzjonarji li jikkomplikaw it-trażmissjoni tal-politika monetarja. Hemm ħafna skemi fis-seħħ biex itaffu l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija, iżda ma nistgħux sempliċiment nibqgħu nħallsu jekk irridu ntaffu l-prezzijiet għoljin tal-enerġija – din hija r-raġuni għaliex id-dikjarazzjoni tagħna tenfasizza l-importanza li l-appoġġ jiġi mmirat lejn dawk l-aktar vulnerabbli u li ninvestu f'soluzzjonijiet dejjiema f'termini ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija. L-aktar importanti, id-dikjarazzjoni hija xhieda tal-impenn kontinwu mill-ministri għall-finanzi taż-żona tal-euro biex jikkoordinaw mill-qrib il-politiki baġitarji biex jiżguraw approċċ koerenti li jista' jirrispondi għal sitwazzjonijiet differenti madwar l-istati membri u jadatta għall-bidliet matul iż-żmien.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Abbażi tal-kontribut mill-BĊE u l-Kummissjoni, il-ministri ddiskutew l-impatti potenzjali ta' euro diġitali fuq is-sistema finanzjarja u l-użu tal-flus kontanti. Din id-diskussjoni segwiet il-pjan ta' ħidma dwar l-euro diġitali, maqbul mill-Grupp tal-Euro fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Lulju 2021.
F'dan il-kuntest, il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar l-implikazzjonijiet potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-euro diġitali, u dwar l-iżgurar tal-attraenza tal-euro diġitali bħala mezz ta' pagament.
Il-Grupp tal-Euro qabel li l-ħruġ ta' euro diġitali ma għandux jimpedixxi l-kapaċità tal-BĊE li jwettaq il-mandat tiegħu u ma għandux ixekkel l-istabbiltà finanzjarja. Fl-istess ħin, jeħtieġ li niżguraw li l-euro diġitali tista' tkun mezz attraenti ta' pagament u tappoġġa l-innovazzjoni f'ekonomija diġitalizzata. Eżitu ċar tad-diskussjoni kien li euro diġitali tikkomplementa biss il-flus kontanti, u mhux tissostitwixxihom.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Il-ministri ddiskutew il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar ir-rata ta' konverżjoni bejn il-kuna Kroata u l-euro, bi tħejjija għad-deċiżjoni mill-Kunsill ECOFIN mistennija fit-12 ta' Lulju.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.