Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Laqgħa informali tal-ministri tal-Grupp tal-Euro f'format inklużiv mas-Segretarju għat-Teżor tal-Istati Uniti, 14 ta' Ottubru 2022

Riżultati prinċipali

Fuq l-istedina tal-President tal-Grupp tal-Euro, il-membri tal-Grupp tal-Euro f'format inklużiv ħadu sehem f'laqgħa informali mas-Segretarju għat-Teżor tal-Istati Uniti Janet Yellen.

Il-laqgħa saret fil-marġini tal-laqgħat annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Grupp tal-Bank Dinji. Il-parteċipanti skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar il-perspettiva u r-riskji ekonomiċi tranżatlantiċi. Din il-laqgħa saret f'Washington DC.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
It-tema politika prevalenti tal-laqgħa tagħna kienet il-valur tal-għaqda. L-għaqda tal-pajjiżi kollha li attendew biex jiddefendu l-valuri komuni Ewropej u Amerikani tagħna tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, u fuq kollox l-istat tad-dritt. Bħala ministri għall-finanzi tal-Unjoni Ewropea u f'koordinazzjoni mas-Segretarju għat-Teżor tal-Istati Uniti, ninsabu magħquda fil-ħarsien ta' dawn il-valuri. Qed nagħmlu dan permezz tal-assistenza finanzjarja tagħna lill-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna, li qed jiddefendi dawn il-valuri quddiem aggressjoni mill-agħar mir-Russja. Qed nagħmlu dan f'pajjiżna permezz ta' appoġġ ekonomiku lill-unitajiet domestiċi u n-negozji vulnerabbli, biex nipproteġu l-istandards tal-għajxien u l-impjiegi. Qed nagħmlu dan mas-sħab globali, billi noffru relazzjonijiet ekonomiċi stabbli fit-tul għall-pajjiżi li jadottaw dawn il-valuri u li jaħdmu magħna biex nippromwovuhom. Il-ħidma u r-riżorsi meħtieġa għall-appoġġ ta' dawn il-valuri huma konsiderevoli u jirrappreżentaw sfida. Minkejja dan, dawn il-valuri tant huma fundamentali għall-prosperità u t-tkabbir komuni li l-pajjiżi tagħna llum qed juru li ser inħarsuhom. Illum tennejna d-determinazzjoni tagħna li naħdmu mal-ħbieb u s-sħab tagħna fl-Istati Uniti tal-Amerka biex flimkien nindirizzaw l-isfidi interkonnessi immedjati u fit-tul, permezz ta' politiki ekonomiċi u finanzjarji li huma allinjati.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025