"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Filmat tal-punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro li saret fid-9 ta' Settembru 2022 fi Praga
Żviluppi makroekonomiċi
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-iżviluppi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro inkluż l-enerġija u l-inflazzjoni, u l-impatti tagħhom fuq il-politika fiskali. Huwa kellu skambju ta' fehmiet mas-Sinjura Irene Tinagli, President tal-Kumitat ECON tal-Parlament Ewropew.
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) informa lill-ministri dwar id-deċiżjonijiet tal-politika monetarja meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fit-8 ta' Settembru 2022.
Iż-żona tal-euro issa qed tiffaċċa xokk fil-prezzijiet tal-enerġija kkawżat mill-gwerra kontra l-Ukrajna. Madankollu, ser negħlbu din l-isfida u ninsabu fiduċjużi fir-reżiljenza tagħna u fil-kapaċità tagħna li nirkupraw. Qed niffaċċaw din l-isfida b'livelli rekord ta' impjiegi u finanzi pubbliċi li qed jirkupraw malajr wara l-pandemija. Il-ministri għall-finanzi taż-żona tal-euro ser jintervjenu biex jappoġġaw lill-familji u lin-negozji vulnerabbli biex jiffaċċaw dan ix-xokk bla preċedent fil-prezzijiet. Irridu nnaqqsu l-inflazzjoni. Jekk ma nagħmlux dan, iċ-ċittadini tagħna ser isiru aktar foqra għal żmien itwal. Għalhekk, l-interventi tagħna ser jiġu kkoordinati mal-politika monetarja tal-BĊE u ser ikollhom l-għan li jevitaw li jżidu mal-pressjonijiet inflazzjonarji.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Format inklużiv
Euro diġitali
Abbażi tal-kontribut mill-BĊE u l-Kummissjoni, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-progress tad-diskussjonijiet dwar l-euro diġitali u dwar il-ħidma fuq il-muniti diġitali tal-bank ċentrali fl-istati membri li mhumiex fiż-żona tal-euro.
Ħarisna lejn ir-reżiljenza tal-munita tagħna u l-ħidma li għaddejja dwar jekk u kif jista' jkollha futur diġitali. F'dik id-diskussjoni, ingħaqdu magħna l-kollegi tagħna li mhumiex fiż-żona tal-euro biex nieħdu kont tal-ħidma li għaddejja dwar il-muniti diġitali. Dan inkluda aġġornament komprensiv mill-President tal-BĊE u mill-Kummissarju Gentiloni dwar il-ħidma estensiva li għaddejja fiż-żona tal-euro. U rċevejna wkoll aġġornament dwar il-proġett e-krona fl-Iżvezja. Il-Grupp tal-Euro jemmen li l-proġett tal-euro diġitali huwa ta’ importanza strateġika u għandu l-potenzjal li jsaħħaħ is-sovranità finanzjarja u monetarja tagħna u li jtejjeb il-funzjonament taż-żona tal-euro.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.