Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 5 ta' Diċembru 2022

Riżultati prinċipali

Is-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji ġenerali fiż-żona tal-euro

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni baġitarja ġenerali u l-prospetti fiż-żona tal-euro, u eżamina s-sitwazzjoni ekonomika u fiskali fl-istati membri taż-żona tal-euro. Din id-diskussjoni kienet ibbażata fuq:

  • l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' pjanijiet baġitarji (DBPs) tal-istati membri taż-żona tal-euro u
  • il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-DBPs (22 ta' Novembru 2022)

Il-Grupp tal-Euro ħareġ dikjarazzjoni dwar l-eżitu ta' din id-diskussjoni.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Iddiskutejna l-ħtieġa li nkomplu nikkoordinaw il-miżuri ta' appoġġ ekonomiku tagħna. Nemmen li teżisti tieqa ta' opportunità fil-bidu tal-2023 biex inħarsu lejn kif nistgħu nagħmlu dan b'mod differenti. F'dan ir-rigward kellna diskussjoni dwar il-proposti mill-Kummissjoni għal sistema ta' pprezzar fuq żewġ livelli għall-enerġija. Filwaqt li fl-aħħar mill-aħħar hija b'mod ċar ir-responsabbiltà nazzjonali ta' kull Stat Membru li jfassal il-miżuri tiegħu u li jħares lejn il-livell ta' appoġġ fiskali, kien hemm rikonoxximent minna lkoll li l-ħidma mill-Kummissjoni hija impuls utli ħafna u ta' għajnuna f'dan l-istadju.
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro
Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro għall-2023

Il-ministri skambjaw fehmiet inizjali dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika fiż-żona tal-euro, ppubblikata mal-pakkett tal-ħarifa fit-22 ta' Novembru. Ir-rakkomandazzjoni ser tiġi maqbula fil-laqgħat tal-Grupp tal-Euro u tal-Ecofin tas-16 u s-17 ta' Jannar 2023 qabel ma tintbagħat lill-Kunsill Ewropew għal-laqgħa tiegħu tat-23 u l-24 ta' Marzu 2023.

Riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika

Il-ministri iddiskutew l-aspetti taż-żona tal-euro tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE.

Naħseb f'dan il-punt, hemm żewġ oqsma ta' kunsens: hemm qbil wiesa' ħafna li sistema effettiva ta' governanza ekonomika hija essenzjali għall-pedamenti taż-żona tal-euro, u li għandna ħafna xogħol x'nagħmlu issa fil-bidu tal-2023 biex nirrispondu għall-proposti mill-Kummissarju u biex inħarsu lejn kif nistgħu nimxu 'l quddiem f'dan id-dibattitu b'mod kostruttiv is-sena d-dieħla. Il-ministri huma lkoll impenjati bis-sħiħ li jagħmlu dan. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Rapporti dwar is-sorveljanza ta' wara l-programm: Ċipru, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja

Il-ministri ddiskutew is-sorveljanza ta' wara l-programm u l-istituzzjonijiet ippreżentaw l-eżiti ewlenin tal-aħħar rapporti dwar erbgħa mill-istati membri kkonċernati. Il-FMI ħa wkoll sehem fid-diskussjonijiet.

Greċja: rapport dwar is-sorveljanza ta' wara l-programm u miżuri ta' dejn kontinġenti għall-politika

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-ewwel rapport dwar is-sorveljanza ta' wara l-programm fir-rigward tal-Greċja. Il-Grupp tal-Euro kkonkluda li l-kundizzjonijiet meħtieġa kienu fis-seħħ biex jiġi kkonfermat ir-rilaxx tat-tmien u l-aħħar segment tal-miżuri tad-dejn kontinġenti għall-politika kif ukoll l-abolizzjoni taż-żieda fil-marġni tar-rata tal-imgħax mill-2023. Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni.

Dan mhu xejn inqas minn mument storiku. Ir-rilaxx tas-segment finali tal-miżuri tad-dejn huwa pass importanti għall-gvern Grieg u għalina lkoll. Il-Greċja reġgħet qiegħda fuq saqajha finanzjarjament u, bħala parti mill-familja Ewropea, tipparteċipa fil-proċeduri ta' koordinazzjoni fiskali u ekonomiċi standard tagħna tal-UE. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Elezzjoni tal-President tal-Grupp tal-Euro

Il-ministri eleġġew mill-ġdid lill-President fil-kariga tal-Grupp tal-Euro Paschal Donohoe għat-tieni mandat ta' sentejn u nofs, li ser jibda mit-13 ta' Jannar 2023.

Huwa unur kbir li nservi bħala President tal-Grupp tal-Euro u ninsab grat li l-ministri sħabi jafdawni nippresjedi d-diskussjonijiet tagħna għat-tieni mandat. Jien kont, u ser inkompli nkun, medjatur ġenwin u onest fin-negozjati tagħna, filwaqt li niżgura li jinstemgħu l-vuċijiet u jitqiesu l-pożizzjonijiet kollha. Mill-ħarifa tal-2021, il-Grupp tal-Euro kien minn ta' quddiem kemm fil-valutazzjoni kif ukoll fl-analiżi tal-impatt ta' prezzijiet ogħla tal-enerġija u inflazzjoni fuq l-ekonomija taż-żona tal-euro. Issa li ġejt elett mill-ġdid, l-ewwel prijorità tiegħi ser tkun li nsaħħaħ din il-koordinazzjoni. Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta' ħidma tiegħu għall-ewwel nofs tal-2023.

Format inklużiv:

żviluppi u prospetti makroekonomiċi

Il-ministri skambjaw fehmiet dwar il-perspettiva u l-prospetti makroekonomiċi, b'enfasi fuq l-isforzi ta' koordinazzjoni rigward ir-rispons ta' politika għal prezzijiet għoljin tal-enerġija u pressjonijiet inflazzjonarji.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025