Skip to content
  • Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 21-22/11/2019, 21 u 22 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin - Il-Ġimgħa, 22 ta' Novembru 2019

Żgħażagħ

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ. L-għan ewlieni ta' dawn il-konklużjonijiet huwa li jgħin biex jingħeleb id-distakk diġitali fost iż-żgħażagħ.

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ. Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu li l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ għandhom jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet partikolari fl-istati membri individwali. Fl-istess ħin, huma jenfasizzaw li hemm fehim komuni fir-rigward tal-ħtiġijiet edukattivi u ta' taħriġ tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ fl-UE.

Abbażi ta' dokument ta' diskussjoni, imħejji mill-presidenza, il-ministri kellhom dibattitu dwar kif il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ tista' tintegra t-tħassib attwali ewlieni taż-żgħażagħ, b'mod partikolari t-tibdil fil-klima.

Hanna Kosonen, Ministru għax-Xjenza u l-Kultura tal-Finlandja
Iż-żgħażagħ Ewropej tkellmu: il-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima għandhom ikunu fost l-ogħla prijoritajiet għall-UE. Huma ispiraw id-dibattitu tagħna. Jekk irridu li ż-żgħażagħ isiru ċittadini attivi, irridu nisimgħuhom u nieħdu azzjoni biex niġġieldu dawk l-affarijiet li huma l-aktar ta' tħassib għalihom, b'mod partikolari t-tibdil fil-klima u t-theddid ambjentali li qed jikber.
Hanna Kosonen, Ministru għax-Xjenza u l-Kultura tal-Finlandja
Hanna Kosonen, Ministru għax-Xjenza u l-Kultura tal-Finlandja

Affarijiet oħra

Id-delegazzjoni Portugiża tat informazzjoni dwar il-konklużjonijiet tal-Konferenza Dinjija tal-Ministri responsabbli miż-Żgħażagħ 2019 u l-Forum taż-Żgħażagħ, "Lisboa+21" – Lisbona, mit-22 sat-23 ta' Ġunju 2019

Il-Litwanja infurmat lill-ministri dwar ir-Raba' Forum taż-Żgħażagħ tas-Sħubija tal-Lvant (EaP) li jfakkar l-10 anniversarju tas-Sħubija tal-Lvant fil-qasam taż-Żgħażagħ (Vilnius, il-Litwanja, 19 ta' Ġunju 2019)

Il-presidenza Kroata li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam taż-żgħażagħ.

Il-Ħamis, 21 ta' Novembru 2019

Kultura

Il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar id-dimensjoni kulturali tal-iżvilupp sostenibbli. Dan ser jiskatta proċess li jwassal għal pjan ta' azzjoni li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-istati membri dwar id-dimensjoni kulturali tal-iżvilupp sostenibbli fil-livell tal-UE.

Abbażi ta' dokument ta' diskussjoni mħejji mill-Presidenza, il-ministri għall-kultura kellhom dibattitu pubbliku dwar il-punti pożittivi, il-potenzjal tal-innovazzjoni u l-kompetittività globali tal-industriji kulturali, kreattivi u awdjoviżivi Ewropej (CCIs).

Hanna Kosonen, Ministru għax-Xjenza u l-Kultura tal-Finlandja
Fid-dinja diġitali ferm kompetittiva tagħna, l-UE trid tipprova tieħu kontroll sħiħ tal-futur diġitali tagħha. Biex jinkiseb dan l-għan, irridu nżidu s-sehem tal-industriji kreattivi Ewropej fis-suq globali. Id-dibattitu tal-lum kien opportunità eċċellenti biex jiġi diskuss kif l-UE tista' tgħin - minn regolamentazzjoni aħjar għal aktar finanzjament u appoġġ akbar għal koproduzzjonijiet Ewropej.
Hanna Kosonen, Ministru għax-Xjenza u l-Kultura tal-Finlandja
Hanna Kosonen, Ministru għax-Xjenza u l-Kultura tal-Finlandja

Sport

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport. L-għan ewlieni tal-konklużjonijiet huwa li jipproponu kif l-UE u l-istati membri tagħha, flimkien mal-moviment sportiv, jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba tal-integrità u l-korrettezza fl-isport.

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar is-salvagwardja tat-tfal fl-isport. Il-konklużjonijiet ikopru kemm il-protezzjoni tat-tfal kif ukoll il-promozzjoni tal-benesseri tat-tfal.

Il-ministri għall-isport kellhom dibattitu pubbliku dwar il-governanza tajba fl-isport abbażi ta' dokument ta' diskussjoni mill-presidenza. Ingħaqad magħhom kelliem mistieden - Witold Banka, President tal-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (WADA) u ex Ministru għall-Isport tal-Polonja.

Affarijiet oħra

  • L-Estonja tat informazzjoni dwar in-nomina ta' Tartu bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2024
  • L-Awstrija infurmat lill-ministri dwar l-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2024 fil-livell nazzjonali.
  • Id-delegazzjoni Bulgara tat informazzjoni dwar ir-ritorn ta' oġġetti arkeoloġiċi lejn il-Bulgarija bħala prattika tajba fir-rigward tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali
  • Franza interveniet dwar is-suġġett tad-drittijiet relatati tal-pubblikaturi u l-aġenziji tal-istampa fl-era diġitali
  • Id-delegazzjoni Taljana ppreżentat nota ta' informazzjoni intitolata: "It-tisħiħ tar-rwol tal-kultura għall-futur tal-Ewropa jirrikjedi l-kelma 'kultura' spjegata fil-portafoll tal-Kummissarju nnominat Gabriel"
  • Ir-rappreżentant tal-Istati Membri tal-UE tat-Triju ta' Presidenzi attwali fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA informa lill-ministri dwar il-laqgħat tal-WADA: Il-Kumitat Eżekuttiv, il-Ħames Konferenza Dinjija dwar id-Doping fl-Isport u l-Bord ta' Fondazzjoni, li saret f'Katowice, il-Polonja mill-4 sas-7 ta' Novembru 2019
  • Il-presidenza Kroata li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tal-kultura u l-isport.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025