- Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, 22-23/05/2019, 22 u 23 ta' Mejju 2019
Riżultati ewlenin
22 ta' Mejju 2019 - Żgħażagħ u Edukazzjoni
Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet dwar iż-żgħażagħ u l-futur tax-xogħol. Sabiex jiġu indirizzati problemi bħan-nuqqas ta' sigurtà u kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, il-konklużjonijiet jipproponu l-miżuri li ġejjin:
- sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ adattabbli u reattivi
- il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja
- transizzjonijiet bla xkiel mill-iskola għax-xogħol u minn xogħol għal ieħor
- aċċess ugwali għal impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ kollha fil-futur
L-UE qed tesperjenza tkabbir ekonomiku sostenibbli, u r-rati tal-qgħad huma baxxi ħafna. Madankollu, il-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu relattivament għoli. Fl-istess ħin il-mudelli tax-xogħol għaddejjin minn bidla sinifikanti. Jeħtieġ li niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiddependu fuq skemi ta' taħriġ adegwati u jsibu impjiegi ta' kwalità ladarba jintemmu l-istudji tagħhom. Constantin-Bogdan Matei, Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isport tar-Rumanija
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-Żgħażagħ u l-Futur tax-Xogħol, 29 ta' April 2019
- Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (informazzjoni ġenerali)
Il-ministri adottaw ukoll riżoluzzjoni li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ. Id-Djalogu taż-Żgħażagħ, li jinvolvi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, esperti u riċerkaturi, ser jikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ permezz ta':
- l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-Ewropa
- il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali bejn in-nisa u l-irġiel żgħażagħ
- l-inklużjoni ta' vuċijiet differenti u l-iżgurar li ż-żgħażagħ kollha jkunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika
Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni bl-isem "Iż-żgħażagħ bħala aġenti tad-demokrazija fl-UE". Id-dibattitu sar qabel l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, iżda wkoll fil-kuntest ta' għadd ta' elezzjonijiet li ser isiru fl-2019 fi Stati Membri differenti tal-UE. Dan tnieda minn żewġ studenti ta' 18-il sena u 25 sena.
Il-ministri mistennija jadottaw rakkomandazzjoni dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi. L-għan tar-rakkomandazzjoni huwa li jiġu esplorati modi ta' għajnuna liż-żgħażagħ kollha biex jiksbu kompetenzi f'żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna/l-ewwel lingwa tagħhom.
Il-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi ilu prijorità għal ħafna żmien għall-UE fil-qasam tal-edukazzjoni. Wasal iż-żmien li naġixxu! Fl-ambjent tax-xogħol dinamiku ħafna tal-lum ma nistgħux nippermettu li n-nuqqas ta' ħiliet lingwistiċi jsir ostaklu għall-mobbiltà fl-Unjoni jew fid-dinja kollha. L-Istati Membri jridu jinvestu u jtejbu t-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi fl-iskemi tal-edukazzjoni obbligatorja. Ecaterina Andronescu, Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali tar-Rumanija
Il-ministri adottaw ukoll rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar sistemi ta' edukazzjoni u kura bikrija ta' kwalità għolja tat-tfal. L-għan tar-rakkomandazzjoni huwa li tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-sistemi ta' edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal tagħhom, filwaqt li tirrikonoxxi li l-Istati Membri huma primarjament responsabbli f'dan il-qasam.
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: opportunitajiet ġodda għall-adulti. Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu l-progress miksub fil-livell nazzjonali u jistiednu lill-Istati Membri biex:
- jistabbilixxu miżuri sostenibbli fuq terminu twil għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-adulti
- jadottaw approċċ strateġiku koerenti għall-provvediment ta' ħiliet bażiċi għal adulti b'ħiliet baxxi u/jew bi kwalifiki baxxi
- jissensibilizzaw lill-impjegaturi, speċjalment lill-SMEs, dwar l-importanza tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid u dwar il-mekkaniżmi ta' appoġġ disponibbli għall-iżvilupp tal-ħiliet tal-adulti.
Abbażi ta' dokument ta' diskussjoni tal-presidenza, il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni bl-isem "Il-Bini tal-ġejjieni tal-Ewropa: il-kontribut tal-edukazzjoni fit-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali". L-għan tad-dibattitu kien li jirrifletti fuq passi konkreti futuri fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, b'enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali.
Affarijiet oħra
Skopri l-UE
Il-Kummissjoni Ewropea rrappurtat dwar l-ewwel riżultati tal-inizjattiva "DiscoverEU".
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Kompetizzjoni WorldSkills fl-2023
Id-delegazzjoni Franċiża ppreżentat l-offerta ta' Franza biex tospita l-Kompetizzjoni WorldSkills fl-2023 fil-belt ta' Lyon.
Summit dwar l-Edukazzjoni
Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar it-tieni Summit dwar l-Edukazzjoni, li ser isir f'Settembru fi Brussell.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Edukazzjoni u l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu
Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar żewġ proġetti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-antisemitiżmu.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-programm ta' ħidma tal-presidenza Finlandiża li jmiss
Id-delegazzjoni Finlandiża ppreżentat il-prijoritajiet tagħha fl-oqsma taż-żgħażagħ u tal-edukazzjoni.
23 ta' Mejju 2019 - Kultura u Sport
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ kreattivi. Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa ta' approċċ aktar strateġiku għall-parteċipazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ fil-kultura, u jinkoraġġixxu miżuri li jiffaċilitaw tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema edukattiva għas-suq tax-xogħol.
Il-futur tal-Ewropa jiddependi fuq iż-żgħażagħ Ewropej. Iżda ż-żgħażagħ huma mħejjijin għall-futur? Jenħtieġ li nagħmlu aktar milli nipprovdulhom l-edukazzjoni u t-taħriġ. Jeħtieġ li ntejbu l-potenzjal kreattiv u l-ħsieb kritiku tagħhom. It-tfal u ż-żgħażagħ għandu jkollhom aċċess aħjar għall-kultura u jiġu mħeġġa jipparteċipaw f'attivitajiet relatati mal-kultura sabiex ikunu jistgħu jiffaċċjaw aħjar l-isfidi futuri. Fuq medda twila ta' żmien, dan ser jagħti spinta lis-settur kulturali u dak kreattivi u ser ikollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija inġenerali. Valer-Daniel BREAZ, Ministru għall-Kultura u l-Identità Nazzjonali tar-Rumanija
- Konklużjonijiet dwar il-ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ kreattivi, 10 ta' Mejju 2019
- Programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 (informazzjoni ġenerali)
Il-ministri adottaw ukoll konklużjonijiet dwar it-titjib fiċ-ċirkolazzjoni transfruntiera ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, b'enfasi fuq il-koproduzzjonijiet. Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu li d-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa hija assi importanti għas-settur awdjoviżiv Ewropew u jissuġġerixxu miżuri biex tinħoloq ekosistema favorevoli għall-iżvilupp ta' koproduzzjonijiet.
Il-Kunsill kellu dibattitu ta' politika bit-titolu "Mill-indirizzar tad-diżinformazzjoni għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fil-media", abbażi ta' dokument ta' diskussjoni tal-presidenza.
Fil-kuntest tar-reviżjoni tar-riżoluzzjoni tal-2011 dwar ir-rappreżentanza u l-koordinazzjoni qabel il-laqgħat tal-WADA, il-ministri adottaw riżoluzzjoni dwar ir-rappreżentanza tal-Istati Membri tal-UE fuq il-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tagħhom qabel il-laqgħat tal-WADA. Ir-riżoluzzjoni tfakkar li tliet siġġijiet fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA huma allokati lir-rappreżentanti mill-istati membri tal-UE.
Il-ministri adottaw ukoll konklużjonijiet dwar l-aċċess għall-isport għall-persuni b'diżabilità. L-għan ewlieni ta' dawn il-konklużjonijiet huwa li jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-isport fil-forom kollha tiegħu minn persuni b'diżabilità, f'konformità mal-għan ġenerali tal-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, u l-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.
Abbażi ta' dokument ta' diskussjoni tal-presidenza, il-ministri kellhom dibattitu pubbliku dwar “Iż-żieda tal-parteċipazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ fl-isport fl-Ewropa tas-seklu 21”.
Affarijiet oħra
In-nomina ta' Veszprém bħala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2023
Id-delegazzjoni Ungeriża pprovdiet informazzjoni dwar il-kunċett żviluppat mill-belt ta' Veszprém għat-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2023.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Riżultat tal-laqgħa ministerjali ta' Pariġi dwar il-wirt kulturali
Il-Kunsill ġie infurmat mill-Presidenza dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-ministri għall-kultura u għall-affarijiet Ewropej li saret f'Pariġi fit-3 ta' Mejju 2019, wara n-nirien li ħakmu l-katidral Notre-Dame de Paris, li rriżulta f'telfa kbira għall-Ewropej kollha. F'din il-laqgħa, kopreseduta minn Franza u l-Presidenza Rumena, il-ministri esprimew l-impenn tagħhom li joħolqu netwerk Ewropew ta' għarfien espert dwar il-wirt kulturali, bl-għan li jipprovdi pariri u appoġġ fuq talba meta Stat Membru jkun fil-bżonn.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-laqgħa saret fit-3 ta' Mejju 2019 wara n-nirien fil-katedral ta' Notre-Dame de Paris, li wasslu għal telfa kbira għall-Ewropej kollha. F'din il-laqgħa, kopreseduta minn Franza u l-Presidenza Rumena, il-ministri esprimew l-impenn tagħhom li joħolqu netwerk Ewropew ta' għarfien espert dwar il-wirt kulturali, bl-għan li jipprovdi pariri u appoġġ fuq talba meta Stat Membru jkun fil-bżonn.
Laqgħat tal-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (WADA) (14-16 ta' Mejju 2019, Montréal, Kanada)
Ir-rappreżentanti tal-istati membri tal-UE fil-Bord ta' Fondazzjoni tal-WADA infurmaw lill-Kunsill dwar l-aħħar laqgħat tal-WADA.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-programm ta' ħidma tal-presidenza Finlandiża li jmiss
Id-delegazzjoni Finlandiża ppreżentat il-prijoritajiet tagħha fl-oqsma tal-kultura u l-isport.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill: Rapport tal-2018
- 22/05/2019
- Iż-żgħażagħ u l-futur tax-xogħol: Konklużjonijiet tal-Kunsill
- 22/05/2019
- Ikkonfermata mill-Kunsill id-data ta' introduzzjoni għal kabini tat-trakkijiet aktar sikuri u aktar ajrudinamiċi
- 22/05/2019
- Enerġija Nadifa għal kulħadd: il-Kunsill jadotta l-fajls li fadal dwar is-suq tal-elettriku u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
- 22/05/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EYCS
Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025