"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (Edukazzjoni), 08/11/2019, 8 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Edukazzjoni

Abbażi ta' dokument ta' diskussjoni tal-presidenza, il-ministri għall-finanzi u għall-edukazzjoni kellhom dibattitu pubbliku fuq is-suġġett li ġej: "Bażi ekonomika b'saħħitha għall-Ewropa: il-kisba tal-effettività, l-effiċjenza u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ". Din kienet l-ewwel opportunità biex il-ministri għall-finanzi u għall-edukazzjoni jagħmlu skambju ta' fehmiet dwar l-importanza tal-kapital uman bħala l-pedament tal-benessri tal-Ewropa. Id-diskussjoni enfasizzat l-ambizzjoni tal-Kunsill Ewropew biex iżid l-investiment fil-ħiliet u l-edukazzjoni tan-nies.

Li Andersson, Ministru għall-Edukazzjoni tal-Finlandja
L-edukazzjoni u t-taħriġ huma wħud mill-aħjar investimenti li tista' tagħmel soċjetà. L-investiment fl-edukazzjoni jiġġenera benessri u impjiegi, u jrawwem tkabbir sostenibbli. Biex tinbena Ewropa aktar b'saħħitha għandna bżonn niżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għolja tul ħajjithom.
Li Andersson, Ministru għall-Edukazzjoni tal-Finlandja
Li Andersson, Ministru għall-Edukazzjoni tal-Finlandja

Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal

Il-ministri għall-edukazzjoni kellhom dibattitu waqt l-ikla ta' nofsinhar dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rwol ewlieni tal-politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja fl-emanċipazzjoni tas-soċjetajiet biex tiġi indirizzata t-transizzjoni teknoloġika u ekoloġika b'appoġġ għat-tkabbir inklużiv u sostenibbli.

Żona Ewropea tal-Edukazzjoni

Il-ministri adottaw riżoluzzjoni dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Ir-riżoluzzjoni tindirizza r-rwol tal-edukazzjoni u s-sistemi tat-taħriġ orjentati lejn il-futur fil-kuntest tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-futur tal-Ewropa kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Strateġika l-Ġdida tal-UE 2019-2024 adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2019.

L-intelliġenza artifiċjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-ministri kellhom ukoll dibattitu dwar ir-rwol tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fl-edukazzjoni u t-taħriġ abbażi ta' dokument ta' diskussjoni tal-presidenza.

Affarijiet oħra

Id-delegazzjoni Slovena tat informazzjoni lill-ministri dwar il-proposta tagħha li jiġi stabbilit iċ-Ċentru Internazzjonali ta' Riċerka dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IRCAI) taħt l-awspiċji tal-UNESCO.

Il-presidenza Kroata li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025