"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (Kultura u Sport), 12 ta' Mejju 2026

Riżultati ewlenin

Kultura, politika awdjoviżiva u media

AgoraEU

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar elementi ewlenin tal-programm il-ġdid AgoraEU li jappoġġa l-kultura, il-media u s-soċjetà ċivili fl-Ewropa.

Il-programm AgoraEU għandu l-għan li jrawwem valuri kondiviżi bħad-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt. Ser jappoġġa d-diversità kulturali tal-Ewropa u s-setturi kulturali u kreattivi tagħha, inkluż is-setturi awdjoviżivi u tal-media tal-aħbarijiet, kif ukoll jissalvagwarda l-libertà artistika u tal-media u jagħti spinta liċ-ċittadinanza attiva.

Il-ftehim tal-lum huwa pass importanti lejn it-tisħiħ tan-nisġa kulturali u demokratika tal-Ewropa. B'AgoraEU, qed ngħammru lis-setturi kulturali u kreattivi tagħna bl-għodod li jeħtieġu biex jirnexxu, filwaqt li nissalvagwardaw il-valuri li jirfdu l-Unjoni tagħna, mil-libertà artistika saċ-ċittadinanza attiva.

Dr Vasiliki Kassianidou, Viċi Ministru għall-Kultura, Repubblika ta' Ċipru

Il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill hija "parzjali" minħabba li teskludi kwistjonijiet finanzjarji u orizzontali, li bħalissa qed jiġu diskussi bħala parti min-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss għall-perjodu mill-2028 sal-2034.

Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Kultura

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet ewlenin għall-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Kultura 2027-2030, li huwa skedat għall-approvazzjoni sa tmiem l-2026. Id-diskussjoni ffukat fuq suġġetti ta' politika kulturali li l-Kunsill għandu jipprijoritizza matul il-perjodu 2027-2030, u kif dawk il-prijoritajiet jistgħu jintużaw biex jindirizzaw l-isfidi attwali u jallinjaw mal-oqfsa ta' politika rilevanti.

Punti oħra

Taħt "affarijiet oħra", il-Kunsill irċieva informazzjoni dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Irlandiża li jmiss. Suġġetti oħra kienu jinkludu l-Konferenza Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna li saret fil-Polonja; il-kultura u l-IA; u l-validità fil-futur tal-AVMSD li jmiss.

Sport

It-turiżmu sportiv u l-iżvilupp sostenibbli

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar it-turiżmu sportiv bħala kontributur għall-iżvilupp sostenibbli. Il-konklużjonijiet jappellaw lill-istati membri biex jieħdu approċċ strateġiku għall-iżvilupp tat-turiżmu sportiv, jiffinanzjaw inizjattivi bħall-bini tal-kapaċitajiet u l-innovazzjoni diġitali, u jippromwovuprattikiambjentalment responsabbli fl-organizzazzjoni u t-twettiq ta' attivitajiet tat-turiżmu sportiv.

Dawn il-konklużjonijiet jirrikonoxxu t-turiżmu bħala kontributur għall-iżvilupp sostenibbli. Billi noħolqu rabta bejn l-isport, it-turiżmu u l-komunitajiet lokali, nistgħu niġġeneraw opportunitajiet ekonomiċi, inħeġġu stili ta' ħajja aktar tajbin għas-saħħa u nsaħħu l-koeżjoni soċjali, filwaqt li niżguraw li l-protezzjoni ambjentali u r-reżiljenza għall-klima jibqgħu fil-qalba tat-turiżmu sportiv tal-Ewropa.

Dr Athena Michaelidou, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport u ż-Żgħażagħ tar-Repubblika ta' Ċipru

Is-saħħa mentali fl-isport

Sar skambju ta' fehmiet dwar is-suġġett "Is-saħħa mentali fl-isport: minn reżiljenza individwali għar-responsabbiltà tas-sistema".

Il-ministri rriflettew dwar kif l-istati membri jistgħu jkomplu jiżviluppaw u jsaħħu l-politiki u l-prattiki tal-isport biex jiżguraw li l-ambjenti sportivi jkunu mfassla b'tali mod li titnaqqas il-pressjoni psikoloġika filwaqt li jiġi appoġġat il-benesseri mentali tal-atleti, il-coaches, l-uffiċjali sportivi u l-forza tax-xogħol aktar ġenerali fil-qasam tal-isport.

Huma esploraw ukoll modi kif il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE tista' ttejjeb il-prevenzjoni u l-benesseri fil-politika tal-isport, tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

Kim Bui, eks ġinnasta artistika Ġermaniża tal-ogħla livell, u George Loules, għalliem tal-edukazzjoni fiżika, kandidat għal PhD fil-psikoloġija sportiva u coach tal-futbol professjonali, ħadu sehem ukoll fid-diskussjoni.

Ikla informali ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom diskussjoni informali dwar is-suġġett ta' "L-avvanz tal-anzjanità attiva permezz tal-isport: il-promozzjoni tas-saħħa, il-benesseri u l-parteċipazzjoni".

Punti oħra

Taħt "affarijiet oħra", il-ministri rċevew informazzjoni dwar: il-programm ta' ħidma tal-presidenza Irlandiża li jmiss; il-parteċipazzjoni ta' atleti Russi u Belarussi f'kompetizzjonijiet sportivi fl-Ewropa; il-konklużjonijiet ta' Lipica; u l-korrimenti tal-moħħ fl-isport.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Lulju 2026