"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (Edukazzjoni u Żgħażagħ), 11 ta' Mejju 2026

Riżultati ewlenin

Edukazzjoni

Erasmus+ 2028-2034

Il-Kunsill qabel fuq il-pożizzjoni tiegħu dwar ir-regolament dwar Erasmus+ għall-2028-2034, li huwa l-ewwel pass kruċjali lejn negozjati mal-Parlament Ewropew.

Dr Athena Michaelidou, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport u ż-Żgħażagħ tar-Repubblika ta' Ċipru

Fiduċjużi li, permezz tal-ħidma tagħna dan is-semestru, il-ġenerazzjonijiet futuri tal-Erasmus ser ikomplu jibbenefikaw mill-opportunitajiet kbar li jġib miegħu l-programm. Mill-mobbiltà tal-apprendiment u l-volontarjat sal-opportunitajiet ta' żvilupp tat-talent u tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet, l-Erasmus+ futur għandu jkompli jinvesti fin-nies, fl-innovazzjoni u fl-apprendiment tul il-ħajja ta' kwalità għolja.

Dr Athena Michaelidou, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport u ż-Żgħażagħ tar-Repubblika ta' Ċipru

Dr Athena Michaelidou, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport u ż-Żgħażagħ tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-programm Erasmus+ għandu l-għan li jappoġġa apprendiment tul il-ħajja ta' kwalità għolja u jipprovdi opportunitajiet ta' mobbiltà tal-apprendiment għal firxa wiesgħa ta' parteċipanti, inkluż iż-żgħażagħ, l-apprendisti, l-istudenti u l-għalliema. Il-proposta tal-Kummissjoni tgħaqqad il-programm mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES).

L-għalliema u l-IA

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-għalliema fl-era tal-intelliġenza artifiċjali (IA). Il-konklużjonijiet jaffermaw mill-ġdid li l-għalliema huma kruċjali għal integrazzjoni tal-IA fl-edukazzjoni li jkollha lill-bniedem fil-qalba tagħha u mmexxija mill-pedagoġija u jappellaw lill-istati membri biex jieħdu passi biex jagħtu spinta lil-litteriżmu fl-IA tal-għalliema, iħaddnu l-potenzjal tal-IA filwaqt li jtaffu r-riskji assoċjati, jippromwovu għodod tal-IA speċifiċi għall-edukazzjoni, jindirizzaw id-distakki diġitali, u jissalvagwardaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benesseri tal-għalliema.

L-għalliema mhumiex biss utenti tal-IA – huma gwidi, konsulenti u ħassieba kritiċi li jgħinu lill-istudenti jinnavigaw dinja diġitali dejjem aktar kumplessa. Huwa essenzjali li jiġu appoġġati bit-taħriġ, l-għodod u s-salvagwardji adatti biex l-IA tkun suċċess fl-edukazzjoni.

Dr Athena Michaelidou, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport u ż-Żgħażagħ tar-Repubblika ta' Ċipru

Ħiliet bażiċi u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni

Il-ministri skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar is-suġġett tal-"Ħiliet bażiċi u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: nibnu pontijiet għall-futur". Id-diskussjoni ffukat fuq strateġiji effettivi biex jissaħħu l-ħiliet bażiċi għall-istudenti kollha. Il-Kunsill esplora wkoll kif il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE tista' tappoġġa bl-aħjar mod l-iżvilupp u t-titjib ta' tali ħiliet u r-rwol taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni f'dan il-proċess.

Ikla informali ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri għall-edukazzjoni ddiskutew modi ta' kif jinbnew sistemi reżiljenti ta' edukazzjoni u taħriġ fi żminijiet ta' kriżi. Il-ministru Ukren għall-edukazzjoni u x-xjenza, Oksen Lisovyi, ħa sehem ukoll fid-diskussjoni.

Punti oħrajn

Taħt "affarijiet oħra", il-ministri rċevew informazzjoni dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Irlandiża li jmiss; informazzjoni mill-Kroazja dwar il-proġett brAIn fl-era tal-IA; u informazzjoni mis-Slovakkja dwar azzjoni koordinata għas-sikurezza online tat-tfal

Żgħażagħ

Politiki tal-UE u nazzjonali adatti għaż-żgħażagħ

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar modi kif jiġi żgurat li t-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE u dak nazzjonali jirrifletti aħjar il-ħtiġijiet u l-aspettattivi taż-żgħażagħ fl-Ewropa.

Matul id-diskussjoni, huma qasmu eżempji ta' prattiki tajbin fil-pajjiżi tagħhom li għenu biex il-politiki jsiru aktar adatti għaż-żgħażagħ, kif ukoll kwalunkwe sfida li ltaqgħu magħha u kif indirizzawha. Huma ressqu wkoll modi biex jiġi żgurat li l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li jmiss tkun aktar adatta għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni, l-implimentazzjoni u l-impatt.

Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ

Il-Kunsill approva riżoluzzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għall-2025-2027.

Ir-riżoluzzjoni taġġorna l-pjan ta' ħidma għall-perjodu 2025-2027, b'mod partikolari fid-dawl tal-presidenza Irlandiża, dik Litwana u dik Griega li jmiss tal-Kunsill tal-UE.

L-istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għall-2019-2027 għandha l-għan li tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ, issaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom u tippromwovi l-inklużjoni tagħhom.

Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (f'sessjoni pubblika)

Il-Kunsill approva riżoluzzjoni dwar l-eżiti tal-11-il ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, li kellha l-għan li tiżgura li l-eżiti jiġu rikonoxxuti u segwiti mill-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, kif ukoll li tiżgura t-trasparenza, il-kwalità u l-kontinwità fl-implimentazzjoni tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u r-riżultati tiegħu.

Il-11-il ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ kien immexxi mit-triju ta' presidenzi tal-Polonja, id-Danimarka u Ċipru, u ffoka fuq l-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ Nru 1: "il-Konnessjoni tal-UE maż-Żgħażagħ".

Kolazzjon informali

Saret laqgħa informali waqt il-kolazzjon fil-qafas tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, li laqqgħet flimkien rappreżentanti mill-presidenzi preċedenti, attwali u li jmiss, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, u l-organizzazzjonijiet Ewropej taż-żgħażagħ. Id-diskussjoni ffukat fuq l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ wara l-2027.

Punti oħrajn

Taħt "affarijiet oħra", il-ministri ġew infurmati dwar il-konklużjonijiet tal-kolazzjon informali dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ wara l-2027, u rċevew informazzjoni mid-delegazzjoni Irlandiża dwar il-programm ta' ħidma għall-presidenza tagħhom li jmiss. Il-Kummissjoni infurmat lid-delegazzjonijiet dwar l-Istrateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali u l-Pjan ta' Azzjoni kontra l-Bullying Ċibernetiku.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Mejju 2026