"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 09/02/2015, 9 ta' Frar 2015

Riżultati ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Ukraina

B'mod unanimu l-Kunsill adotta elenkar addizzjonali fir-rigward ta' separatisti fil-Lvant tal-Ukraina u s-sostenituri tagħhom fir-Russja. Dawn jikkonsistu minn iffriżar tal-assi u projbizzjoni fuq vjaġġar għal 19-il persuna u 9 entitajiet involuti f'azzjoni kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina. 

Sabiex jingħata spazju lill-isforzi diplomatiċi attwali, il-Kunsill iffriża d-dħul fis-seħħ tal-miżuri sa nhar it-Tnejn 16 ta' Frar 2015.  
   
Il-ministri għall-affarijiet barranin appoġġaw l-isforzi mwettqa bil-ħsieb ta' laqgħa ġdida nhar l-Erbgħa biex fl-aħħar tinkiseb l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk. "Huwa dmir tagħna li nagħtu opportunità li dan it-tentattiv," qalet ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini.

    Ġlieda kontra t-terroriżmu

    Din għandha tibqa' prijorità, mhux biss għall-azzjoni interna u ta' sigurtà, iżda wkoll għall-politika diplomatika u estera tagħna. Federica Mogherini,  Rappreżentant Għoli tal-UE

    Il-Kunsill iddeċieda li jintensifika l-azzjoni esterna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, b'mod partikolari fil-Mediterran, il-Lvant Nofsani, l‑Afrika ta’ Fuq, il-Golf u s-Saħel.

    Ser tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' sħab ewlenin, ser jiġu varati proġetti ġodda biex jingħata appoġġ lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet u ser tiġi intensifikata l-azzjoni biex jiġu miġġielda r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti.

    Dokumenti tal-laqgħat

    Stqarrijiet għall-istampa

    Tagħrif għall-istampa

    Kuntatti għall-istampa

    Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

    Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

    Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

    L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

    Kompli segwina

    Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

    Ara laqgħat oħrajn

    L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025