"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 29/01/2015, 29 ta' Jannar 2015

Riżultati ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Il-Kunsill iltaqa' f'sessjoni straordinarja biex jiddiskuti ż-żieda fil-vjolenza l-aktar reċenti fl-Ukraina. Huwa kkundanna bil-qawwa l-bumbardament indiskriminat ta’ żoni residenzjali, speċjalment f’Mariupol, u ż-żieda tal-ġlied fir-reġjuni ta' Donetsk u ta' Luhansk.

Il-Kunsill jistenna li r-Russja teżerċita l-influwenza tagħha u twassal lis-separatisti sabiex iżommu bis-sħiħ l-impenji tagħhom skont il-ftehimiet ta' Minsk. Dawn jinkludu b'mod partikolari l-waqfien mill-ġlied u l-irtirar tal-armi tqal miż-żona ta' sigurtà bħala l-ewwel passi urġenti.

 "Nittamaw li dan jista' jgħin sabiex issir pressjoni, b'mod partikolari fuq ir-Russja, biex tagħmel passi pożittivi, u tipprevjeni l-passi negattivi li rajna fl-aħħar jiem. Federica Mogherini,  Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Estensjoni tal-miżuri restrittivi eżistenti

L-UE ser tappoġġa b'mod attiv l-isforzi diplomatiċi kollha li jwasslu għall-ħolqien ta' impetu politiku ġdid u ser timpenja ruħha aktar kif meħtieġ. L-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk bħala bażi ta' soluzzjoni politika sostenibbli għall-kunflitt, li tirrispetta l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukraina, għandha tibqa' l-fokus ta' tali diskussjonijiet.

Minħabba s-sitwazzjoni li qed teħżien, il-Kunsill ħa deċiżjonijiet  dwar miżuri restrittivi. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini qalet: "Nittamaw li dan jista' jgħin sabiex issir pressjoni, b'mod partikolari fuq ir-Russja, biex tagħmel passi pożittivi, u tipprevjeni l-passi negattivi li rajna fl-aħħar jiem."

Il-Kunsill qabel li jestendi l-miżuri restrittivi eżistenti, li attwalment huma mmirati lejn 132 persuna u 28 entità fir-rigward ta' azzjoni kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina, sa Settembru 2015. Dan ser isir f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali.

Huwa appella wkoll għal proposta fi żmien ġimgħa dwar sanzjonijiet addizzjonali mmirati, għal deċiżjoni fil-Kunsill Affarijiet Barranin fid-9 ta' Frar.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill talab li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jwettqu ħidma preparatorja dwar kwalunkwe azzjoni xierqa bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni rapida u komprensiva tal-ftehimiet ta' Minsk.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025