"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 19/01/2015, 19 ta' Jannar 2015

Riżultati ewlenin

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-Kunsill iddiskuta kif il-politika barranija tista' tikkomplementa l-ġlieda kontra t-terroriżmu fi ħdan l-UE.

Għall-ewwel darba, kien hemm fehim reali li rridu naħdmu flimkien biex niġġieldu theddida komuni. Ħadna deċiżjoni fi ħdan il-Kunsill Affarijiet Barranin sabiex nikkooperaw b'mod aktar attiv minn kemm għamilna s'issa. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà  

Għandhom jittieħdu azzjonijiet fuq livelli differenti, mil-livell tas-sigurtà - skambju ta' informazzjoni aktar imsaħħaħ, mhux biss bejn l-istati membri, iżda wkoll mal-pajjiżi sħab, u l-iskambji tal-aħjar prattiki ser ikunu parti minnu - għal kooperazzjoni rinfurzata mal-pajjiżi Għarab u tal-Mediterran fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radduppjar tal-isforzi rigward il-konflitti u l-kriżijiet li għad hemm.

Ir-Rappreżentant Għoli Mogherini ddikjarat li "irridu nibnu alleanza, djalogu ma' dawn il-pajjiżi minħabba li qed niffaċċjaw sfidi komuni".

Il-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Frar ser jagħti rakkomandazzjonijiet eżawrjenti għal-laqgħa tal-kapijiet ta' stat jew gvern tal-UE fit-12 ta' Frar 

Ir-Russja

Il-Kunsill kellu dibattitu approfondit dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja.

Ir-Rappreżentant Għoli Mogherini qalet: "It-tnedija ta' dibattitu strateġiku ma jfissirx u ma fissirx li qed nibdlu r-rotta tar-relazzjonijiet tagħna mar-Russja. Inżommu l-istess rotta."

Hi ssottolinjat li r-relazzjonijiet jistgħu jinbidlu biss jekk u meta jiġu implimentati l-impenji ta' Minsk. Il-ministri qablu dwar il-ħtieġa li jiġu rinfurzati l-isforzi diplomatiċi sabiex il-kriżi tal-Ukraina tiġi riżolta b'mod paċifiku. Id-djalogu politiku mar-Russja dwar il-kriżi globali ser jitkompla. L-opzjonijiet għad-djalogi settorjali mar-Russja ser jiġu esplorati fil-livell tekniku f'għadd limitat ta' oqsma bħall-enerġija.

"Konna magħqudin u għadna magħqudin," żiedet tgħid ir-Rappreżentant Għoli. "Dan bl-ebda mod ma jfisser li kollox rega' lura għal dak li kien qabel." Il-Kunsill Affarijiet Barranin ser jerġa' jiddiskuti din il-kwistjoni, inkluża l-kwistjoni tal-komunikazzjoni strateġika, qabel il-Kunsill Ewropew ta' Marzu.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025