"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 20/04/2015, 20 ta' April 2015

Illum, aħna tajna reazzjoni b’saħħitha tal-UE għat-traġedji li rajna f’dawn l-aħħar jiem. Jeħtieġ li naġixxu malajr u naġixxu flimkien. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli tal-UE 

Riżultati prinċipali

Sessjoni konġunta bejn il-ministri għall-affarijiet barranin u dawk għall-intern iddiskutiet kwistjonijiet dwar il-migrazzjoni, wara l-ġrajjiet reċenti fil-Mediterran. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: "Illum, aħna tajna reazzjoni qawwija tal-UE għat-traġedji li rajna f’dawn l-aħħar jiem. Jeħtieġ li naġixxu malajr u naġixxu flimkien."

Il-ministri qablu li jsaħħu l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, isaħħu l-azzjoni tal-UE biex jiġu salvati l-ħajjiet fuq il-baħar kif ukoll isaħħu l-appoġġ għall-pajjiżi l-aktar esposti, billi jikkondividu r-risistemazzjoni tar-refuġjati.

Barra minn hekk, ser titwettaq azzjoni diplomatika biex isir aktar sabiex jiġu solvuti l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, inklużi l-konflitti, il-faqar u vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Rihards Kozlovskis, il-Ministru għall-Intern Latvjan, ikkummenta: "Bħala l-Presidenza aħna impenjati li niffaċilitaw l-implimentazzjoni kemm tal-miżuri identifikati llum kif ukoll l-Aġenda Ewropea li jmiss dwar il-Migrazzjoni."

B’ħafna mill-flussi migratorji għaddejjin mil-Libja, il-ministri għall-affarijiet barranin għamlu rendikont tas-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż u l-appoġġ possibbli tal-UE għall-formazzjoni ta’ gvern ta’ unità nazzjonali.

Barra minn hekk, il-Kunsill kellu dibattitu strateġiku dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Amerka Latina u l-Karibew. Il-ministri enfasizzaw in-natura strateġika tas-sħubija mal-Amerka Latina u l-Karibew kif ukoll ir-relazzjonijiet ekonomiċi solidi. L-UE hija ħerqana li tiżviluppa modi ġodda u innovattivi ta’ kooperazzjoni mal-istati tar-reġjun, alleati ewlenin fit-tfittxija ta' soluzzjonijiet multilaterali għal sfidi globali komuni.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill esprima tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora rapidament fil-Jemen. Fakkar li fl-aħħar mill-aħħar is-soluzzjoni għal din il-kriżi għandha tkun waħda politika, f'għaqda mal-appell tal-komunità internazzjonali għal proċess politiku inklużiv. Il-Kunsill ħeġġeġ ukoll lill-partijiet kollha biex jagħtu aċċess bla restrizzjonijiet għas-sokkors u l-għajnuna umanitarja, sabiex tkun tista' tingħata assistenza vitali b' mod immedjat.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025