"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 15/12/2014, 15 ta' Diċembru 2014

Strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq

Is-Sirja u l-Iraq, kif ukoll il-ġlieda kontra l-ISIL kienu s-suġġetti prinċipali tal-Kunsill Affarijiet Barranin. Fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, ġie organizzat ukoll l-ewwel Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina.

Is-Sirja u l-Iraq

Fil-laqgħa tagħhom fi Brussell, il-ministri tal-UE għall-Affarijiet Barranin tennew l-appoġġ sħiħ tagħhom għal Staffan de Mistura, il-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja, fl-isforzi tiegħu biex inaqqas il-vjolenza u jistabbilixxi l-bażi għal proċess politiku usa'. L-UE ser taħdem mal-atturi kollha li jistgħu jkunu parti mis-soluzzjoni għall-kriżi Sirjana.

Il-ministri tal-UE qablu wkoll dwar miżuri konkreti:

  • li jappoġġaw il-pjanijiet għall-iffriżar tal-ostilitajiet, speċjalment f'Aleppo
  • għal għajnuna umanitarja  

Il-ministri wiegħdu wkoll appoġġ sħiħ għall-gvern tal-Iraq biex jiżviluppa politiki inklużivi u jimxi 'l quddiem rigward ir-rikonċiljazzjoni.

L-eżitu tad-diskussjonijiet tal-ministri tal-UE ser jikkontribwixxi għat-tħejjija ta' strateġija reġjonali komprensiva tal-UE dwar is-Sirja u l-Iraq kif ukoll dwar it-theddida tal-ISIL / Da'esh.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri tal-UE għall-affarijiet barranin iddiskutew il-prospetti tal-Bosnja-Ħerzegovina għal sħubija mal-UE. Huma qablu li jniedu proċess fuq bażi ġdida mingħajr ma jibdlu l-kondizzjonijiet marbutin mal-proċess tat-tkabbir.

Il-Kunsill ser jiddeċiedi dwar id-dħul fis-seħħ ta' Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni meta l-mexxejja kollha tal-BiH u l-Parlament tal-BiH japprovaw ir-riformi meħtieġa.

Fl-aħħar nett, il-koordinatur tal-UE dwar l-Ebola informa lill-ministri dwar ir-rispons Ewropew għat-tifqigħa.

Dwar l-Ukraina, il-Kunsill ikkonferma l-qbil tiegħu fil-prinċipju dwar proposta għal miżuri restrittivi addizzjonali tal-UE b'rispons għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.

Il-ministri tal-UE approvaw ukoll diversi punti oħra mingħajr diskussjoni ("punti A"):

  • konklużjonijiet dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
  • konklużjonijiet dwar is-Sudan t'Isfel
  • konklużjonijiet dwar l-inizjattiva ta' investiment tan-Nofsinhar tal-Mediterran (AMICI)
  • il-ħatra tal-Ġeneral Mikhail Kostarakos mill-Greċja bħala l-President li jmiss tal-Kumitat Militari tal-UE
  • azzjonijiet tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva u ta' armi żgħar fir-reġjun tas-Saħel

L-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina

Fil-15 ta' Diċembru, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni rrikonoxxa l-ħtieġa li jiġu intensifikati r-riformi politiċi u ekonomiċi fl-Ukraina għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. 

Il-Prim Ministru Yatsenyuk u r-Rappreżentant Għoli Mogherini ddiskutew ukoll il-konflitt li għaddej fil-Lvant tal-Ukraina kif ukoll in-nonrikonoxximent tal-UE tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mir-Russja.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025