- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 12/10/2015, 12 ta' Ottubru 2015
Riżultati ewlenin
id-diskussjonijiet tagħna inkludew il-migrazzjoni, il-Libja u s-Sirja - li kollha huma kwistjonijiet ewlenin marbutin ma' xulxin u li dwarhom l-UE għandha rwol sinifikanti x'taqdi. Ninsab kuntent bl-għaqda tal-UE f'dawn il-kwistjonijiet, li hija riflessa fil-konklużjonijiet tagħna. L-UE tinsab lesta tagħmel il-parti kollha tagħha, b'appoġġ għall-proċessi politiċi mmexxija min-NU dwar il-Libja kif ukoll dwar is-Sirja. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Libja
Il-Ministri ħadu l-opportunità tal-laqgħa tal-Kunsill biex jilqgħu u jesprimu l-appoġġ tagħhom għall-ftehim politiku Libjan li ppreżenta r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Bernardino Leon fi Skhirat fit-8 ta' Ottubru. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet għal dak il-għan, u b'mod partikolari appella lill-partijiet Libjani kollha biex japprovaw malajr u jappoġġaw dan il-ftehim biex il-Libja tkun tista’ tieħu t-triq tal-paċi u l-prosperità.
Sirja
Il-Ministri kellhom dibattitu approfondit dwar is-Sirja u ħadu kont tal-aħħar żviluppi fil-pajjiż. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet.
Migrazzjoni
Il-Ministri ddiskutew l-aspetti esterni tal-migrazzjoni. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li ser jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet tal-laqgħa li ġejja tal-Kunsill Ewropew fil-15-16 ta' Ottubru.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025