"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 20 ta' Lulju 2015

Riżultati ewlenin

Il-ġimgħa l-oħra, bil-ftehim storiku mal-Iran dwar il-programm nukleari tiegħu, rajna b'mod konkret li d-diplomazija fl-aħħar mill-aħħar tista' taħdem. Għandi l-pjaċir nirrapporta li l-ministri tal-UE esprimew l-appoġġ unanimu tagħhom għall-ftehim. Il-perseveranza tista' tkun ta' ġid, u ddiskutejna wkoll x'jista' jsir permezz tad-diplomazija Ewropea biex tittejjeb is-sitwazzjoni fil-Libja u fil-Lvant Nofsani. Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Iran

Il-Kunsill laqa' l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt, li ntlaħaq qbil dwaru fl-14 ta' Lulju fi Vjenna, li jiżgura li l-programm nukleari tal-Iran ser ikun esklużivament paċifiku.

Libja

Il-Kunsill ġie infurmat mir-Rappreżentant Speċjali tan-NU Bernardino Leon dwar l-inizjalar ta' qbil politiku mill-maġġoranza l-kbira tal-partijiet Libjani. Il-Ministri ddiskutew x'tista' tagħmel aktar l-UE biex iġġib il-partijiet nieqsa mal-mejda u biex tappoġġa aktar l-isforzi biex jiġi ffurmat gvern b'kunsens nazzjonali. L-UE tinsab lesta li tappoġġa lil gvern bħal dan meta jiġi ffurmat, kemm ekonomikament kif ukoll politikament. 

Konxji mis-sens ta' urġenza, il-ministri ddiskutew il-possibbiltà li jiġu adottati sanzjonijiet kontra dawk li jippruvaw ifixklu l-proċess ta' djalogu. Id-deċiżjoni li jiġu imposti miżuri restrittivi bħal dawn dejjem tista' tittieħed, jekk u meta jkun hemm bżonn.

Proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill iddiskuta l-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u approva l-konklużjonijiet.

Pjan ta' azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija

Il-Kunsill adotta l-pjan ta' azzjoni ġdid tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għall-2015 sal-2019 "Inżommu d-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-aġenda tal-UE".

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Frar 2026